Search

 
News

MAM files counter protest in court - 15/7/2004

Fil-Prim’ Awla tal-Qorti Civili


Fl-atti tal-protest fl-ismijiet Grezzju Abela, Saviour Agius, Godwin Attard, Carmelo Attard, Robert Attard, Anthony Caruana, Emmanuel Cuschieri, Jesmond Farrugia, Joseph Gauci, Joseph Mangion, Mannes Pace, Doris Schembri, Joseph Spiteri, John Peter Spiteri, Francis Vassallo
vs.
Medical Association of Malta.

Kontro-protest tal-Medical Association of Malta.

Tesponi bir-rispett:

Illi fl-ewwel lok il-Medical Association of Malta tirriafferma dak li diga stqarret pubblikament illi fil-hin tal-incident li sehh fit-8 ta’ Lulju 2004 fis-1.00 ta’ filghodu (1am) fl-Accident and Emergency Department tal-Isptar San Luqa, fejn gew aggrediti u msawwta zewg tobba, kien biss l-intervent f’waqtu ta’ xi tobba u ta’ infermiera li kienu qed jahdmu fl-istess Dipartiment li taw l-ghajjut liz-zewg tobba li gew aggrediti minn pazjenta u minn persuna ohra li kien qed jakkumpanja lill-istess pazjenta. Fl-ebda hin waqt li z-zewg tobba kienu qed jigu aggrediti ma intervenew xi security guards biex jipprotegu lill-istess tobba u dan avolja giet mitluba l-assistenza taghhom meta gew imsejjha appozitament minn infermiera mara minn fuq il-microphone li facilment jinstema’ mill-bibien numru 1, 2 u 3 tal-imsemmi Dipartiment, li jinsabu ftit metri l-boghod mill-lokalita tal-incident u fejn is-security guards qed jallegaw li kienu prezenti.

Illi s-security guards fl-istess protest taghhom jammettu li huma intervenew wara li s-swat u l-aggressjoni fuq iz-zewg tobba kienu diga sehhew u kien biss wara dan l-incident li zammew il-pazjenta milli terga’ tidhol fil-“Casualty Department” u hargu ‘l barra mill-Isptar liz-zewg persuni.

Illi l-Medical Association of Malta u partikolarment is-Segretarju Generali taghha, fil-konferenza stampa li zammew barra mill-Isptar San Luqa fit-8 ta’ Lulju 2004 in konnessjoni ma’ dan l-incident serju, ivverifikaw il-fatti u semghu x-xhieda okulari qabel tkellmu fil-pubbliku u ma taw ebda impressjoni hazina lil pubbliku dwar il-fatti kif verament sehhew u kontrarjament ghal dak allegat fil-protest dejjem segwew il-principji tal-etika u tal-gustizzja qabel tkellmu pubblikament.

Illi ghalhekk il-Medical Association of Malta u s-Segretarju Generali taghha jichdu li mxew b’agir abusiv u skorrett u li huma b’xi mod responsabbli ghal xi danni irrimedjabbli fil-konfront tas-security guards kif qed jigi allegat fil-protest taghhom.

Ghaldaqstant il-Medical Association of Malta u s-Segretarju Generali taghha, filwaqt li jirriservaw li jiehdu passi ulterjuri biex jissalvagwardjaw l-integrita` taghhom u l-interessi tal-membri taghhom, jiddifidaw lill-imsemmija security guards milli jaghmlu proceduri u spejjez inutli.

Bl-ispejjez.

Dan il-kontro-protest qed isir ai termini tal-artiklu 889 tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta’ Malta.

Avv. George Abela Avv. Robert Abela
Il-Qorti, Valletta


Notifika : a. Joseph Gauci – 42, Triq l-Arzell, M’Xlokk.
b. Saviour Agius – 16, Triq il-Kbira, Mosta.
c. Anthony Caruana, Grezzju Abela, Godwin Attard, Carmelo Attard, Robert Attard, Emmanuel Cuschieri, Jesmond Farrugia, Joseph Mangion, Mannes Pace, Doris Schembri, Joseph Spiteri, John Peter Spiteri u Francis Vassallo – Alley 2, No. 2, St. Francis Street, Qormi



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home