Search

 
News

MAM motion as reported in the Media - 5/12/2004

The Times

http://www.timesofmalta.com/core/article.php?id=171695

Doctors shun health reform 'document'

The Medical Association of Malta yesterday "unreservedly" deplored the content of the proposed document on health reform of the health services which it said shows an absolute lack of respect for the medical profession.

In a resolution passed after a general meeting, the association said the document fails to recognise the valuable and dedicated service which the medical profession continues to provide "but instead unashamedly proposes completely unacceptable measures, which would definitely result in a deterioration of patient care".

It said the document unfortunately only serves to reflect negatively on its proposers and cannot in any way form any basis for further discussions.

L-orizzont
http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=15852

Pjani tal-Gvern “insult ghat-tobba”
Kuntratt ta’ tliet snin flok impjieg full-time
minn Victor Vella


Fir-riforma li l-Gvern irid li jaghmel ghas-servizzi tas-sahha, il-Gvern irid li t-tobba li hemm jahdmu fl-isptarijiet tal-Gvern Malti jirrizenjaw kollha mill-impjieg taghhom biex imbaghad japplikaw ghand il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici (FMS) biex jinghataw impjieg b’kuntratt ghal tliet snin flok impjieg ’full-time’ kif ghandhom bhalissa.

M’hu jinghad xejn x’se jigri wara dawk it-tliet snin u jekk dan l-istess kuntratt hux se jkun imgedded. It-tobba huma preokkupati hafna minhabba li hemm certu kategoriji li mhux se jithallew jahdmu mal-privat, minkejja li hemm tobba li ftehmu mat-Tax Compliance Unit dwar kemm dawn jaqilghu f’sena liema dhul jinkorpora xoghol li t-tobba jaghmlu fil-privat.

Tobba u persuni qrib il-professjoni medika qeghdin isostnu li b’dak li qieghed jipproponi l-Gvern, dan qieghed jiffavorixxi li t-tobba jitilqu minn mal-Gvern u jmorru jahdmu mal-privat. Qeghdin isostnu wkoll li b’dak li qieghed jipproponi l-Gvern is-servizz mhux se jitjieb, anzi se jmur lura, ghax jekk jitwettaq dak li jrid il-Gvern, se jkun hemm tobba skuntenti u ohrajn li jispiccaw jitilqu u dan se jkollu effetti negattivi fuq il-kura li jinghataw il-pazjenti.

F’kummenti lil l-orizzont, is-Segretarju Generali tal-MAM Dr Martin Balzan, waqt li ma xtaqx jghid f’hiex jikkonsistu l-proposti tal-Gvern ghar-riforma fis-servizzi tas-sahha, qal biss li “dak li qieghed jipproponi l-Gvern hu ta’ insult ghall-professjoni medika Maltija”. Huwa qal li l-Gvern mhux qieghed japprezza x-xoghol kbir li jaghmlu t-tobba fl-isptarijiet Maltin minkejja l-pressjoni li gieli jkollhom.

Sorsi qrib il-professjoni medika li tkellmu ma’ l-orizzont qalu li “l-Gvern qieghed jipproponi li jinbidel b’mod gradwali l-mod kif it-tobba jkunu impjegati mal-Gvern. Il-Gvern jidher li jrid li t-tobba kollha li jahdmu fl-isptarijiet tal-Gvern jirrizenjaw. Dan biex imbaghad dawk it-tobba li jkunu jridu jibqghu jahdmu mal-Gvern fl-isptarijiet tieghu japplikaw ghand il-FMS biex jinghataw impjieg mal-Gvern.

“Dan mhux se jkun impjieg fuq l-istess bazi tal-lum izda se jkun impjieg b’kuntratt ghal tlett snin. Sa issa ma hemm ebda garanzija li wara li jghaddu t-tliet snin, dak it-tabib partikolari jerga’ jinghata kuntratt ghal tliet snin ohra. Din ghalina turi kemm il-Gvern mhux japprezza x-xoghol li tobba qeghdin jaghmlu fl-isptarijiet tal-Gvern.

B’dak li qieghed jipproponi l-Gvern ahna jaqblilna li mmorru nahdmu mal-privat. Il-Gvern irid li certu kategoriji ta’ tobba ma jkunux jahdmu mal-privat u mal-Gvern izda jkunu mal-Gvern biss. Dan se jaffettwa b’mod negattiv ghadd ta’ tobba li digà lahqu ftehim mat-Tax Compliance Unit dwar kemm hu d-dhul taghhom, liema dhul jinkorpora fih dak li huma jaqilghu mill-privat.

Kien hemm min qalilna li certi tobba lill-Gvern qeghdin jigu jiswew ammonti sostanzjali ta’ flus u allura ahna nistaqsu jekk il-Gvern hux jaghmel hekk biex idahhal tobba barranin minn certi pajjizi flok it-tobba Maltin peress li dawn jithallsu anqas”.

Min-naha tieghu, Dr Martin Balzan, Segretarju Generali tal-MAM qal lil l-orizzont qalilna bl-aktar mod car li “d-dokument li ressaq il-Gvern lanqas jifforma bazi ghad-diskussjoni. Il-framework ta’ dan ir-rapport hu hazin u ghalhekk ahna rridu li l-Gvern johrog b’dokument ahjar. Dan id-dokument huwa nsult ghall-professjoni medika Maltija. Il-proposti tal-Gvern, jekk jitwettqu, se jitfghu lura l-kura tas-sahha tal-pazjenti”.

Fi stqarrija li harget, il-MAM iddeplora dan id-dokument tal-Gvern u qalet li bl-ebda mod ma jifforma xi bazi biex ikompli d-diskussjonijiet.











 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home