Search

 
News

l-orizzont on parliamentary statement - 20/12/2004

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=16205

Waqt li l-Ministru ghas-Sahha sostna fil-Parlament li zewg tobba rrifjutaw kuntratt ta’ Lm45,000 fis-sena ghax ma jridux jintrabtu li jahdmu biss mal-Gvern, l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tghid li l-Gvern kellu jnehhi dawn il-kuntratti minhabba li l-ligijiet ta’ l-UE ma ppermettewx li dawn jibqghu hekk.

Fl-istess waqt, skond kelliem ghat-Tabib Louis Deguara, Ministru ghas-Sahha, il-Gvern qatt ma rcieva ittra li l-MAM baghtet lill-Gvern fejn sfidatu biex johrog sejha ghall-offerti ghal kuntratt b’dawn ic-cifri u jara jekk it-tobba japplikawx ghalih.

Mistoqsi dwar dan minn l-orizzont, it-Tabib Martin Balzan, President tal-MAM, il-bierah sostna li din l-ittra ntbaghtet madwar tliet xhur ilu kemm lill-‘Management and Personnel Office’ tal-Ministeru u kemm lil Dr Ray Busuttil, id-Direttur Generali tas-Sahha. Accertana li l-Ministeru zgur jaf b’din l-ittra.

Il-President tal-MAM semma wkoll li l-MAM hadet decizjoni unanima li l-proposti tal-Gvern ghar-riforma ta’ l-isptarijiet m’hix bazi li fuqha jistghu jib–dew xi negozjati bejn il-Gvern u din il-union.

Ghalhekk, il-MAM qieghda ssostni li jekk il-Gvern ma jibdilx il-qafas tal-proposti tieghu, lan–qas biss hija lesta tiddiskuti. Il-Gvern ghandu ppjanat li jibda dawn id-diskussjonijet fil-bidu tax-xahar id-diehel. Il-MAM qieghda tghid li biex tiddiskuti, il-Gvern irid l-ewwel jibdel il-pozizzjoni tieghu.

Nhar il-Hadd li ghadda li f’gurnal lokali, it-Tabib Martin Balzan, semma l-ittra li fiha informa lill-Ministru li jekk irid johrog din is-sejha ghall-offerti, il-maggoranza tal-konsulenti fl-isptarijiet tal-Gvern zgur japplikaw.

Fiha l-MAM sfidat lill-Gvern biex johrog sejha ghall-offerti ghat-tobba li tkun tinkludi paga ta’ Lm45,000, izda tobbligahom li jahdmu biss fl-isptarijiet pub–blici. Izda skond il-Ministru, din l-ittra ma waslitx ghandu.

It-Tabib Balzan kien qieghed iwiegeb ghal dak li qal it-Tabib Deguara fil-Parlament il-gimgha li ghaddiet dwar kif l-uniku zewg kirurgi li kellhom kuntratt esklussiv mal-Gvern li ma jippermettilhomx li jahdmu privatament kienu jithallsu Lm35,000 u Lm45,000. Fil-Parlament, nhar il-Gimgha 10 ta’ Dicembru li ghadda, l-Ministru semma kif dawn ghazlu li ma jgeddux dan il-kuntratt izda ppreferew li jkollhom paga ta’ Lm8,000 fis-sena minghajr ma jintrabtu li jahdmu biss mal-Gvern.

Hawnhekk il-Ministru kkonkluda li bilfors li dawn iz-zewg kirurgi kkalkulaw li bix-xoghol li jaghmlu fil-privat se jaqilghu aktar mill-Lm40,000, differenza li kieku kien se jaghtihom il-Gvern.

Izda l-MAM ghandha verzjoni ohra. Dr Balzan il-bierah qal lil l-orizzont li r-raguni vera li wasslet biex il-kuntratti ta’ dawn iz-zewg kirurgi barranin jithassru kienet li l-Ligi ta’ l-UE ma tippermettix li l-Gvern ihallas pagi differenti ghal kirurgi li qeghdin jaghmlu l-istess xoghol fl-istess post. L-UE titlob li biex il-Gvern jaghti kuntratti bhal dawn, irid johrog sejha ghall-offerti ghal kulhadd.

“Ahna nahsbu li m’huwiex veru li dawn iz-zewg kirurgi m‘accetawx il-kuntratt mal-Gvern. Nahsbu li r-raguni kienet li l-UE ma thallix li jkollok zewg impjegati li ghax huma barranin jinghataw hlas oghla meta qeghdin jaghmlu l-istess xoghol ta’ impjegati Maltin.

“Konna ghidna lill-Gvern li jew jaghmel sejha ghall-offerti miftuha ghal kulhadd, jew inkella jzomm il-pagi ta’ kul–hadd l-istess.”

Il-kwistjoni kollha tqajmet fid-dawl tad-Dokument li l-Ministeru ghadda lill-unions ta’ l-impjegati fl-isptarijiet, fosthom il-MAM, u li kellu jservi ta’ bazi ghar-riforma tal-prattici tax-xoghol fl-istess sptarijiet. Il-MAM ikkritikat dan id-dokument bl-ahrax.

Kien hawnhekk li ssemmiet il-proposta tal-Gvern li t-tobba fl-isptarijiet jintrabtu li jahdmu biss mal-Gvern u jibqghux jahdmu privatament ukoll. Din ma tantx kienet ghogbot lit-tobba. Izda dak iz-zmien kien ghadhom ma ssemmewx ic-cifri gholjin li rrefera ghalihom il-Ministru fil-Parlament.

Ma’ dan il-gurnal, it-Tabib Balzan spjega kif fl-isptarijiet digà hemm hafna diffikultajiet minhabba nuqqas ta’ finanzi. Fost dawn semma kif hemm apparat li mhux qieghed jahdem ghax m’hemmx flus biex jitran–gaw il-hsarat.

“Ghalhekk tispicca, per ezempju, bi tliet magni minflok b’erbgha u l-pazjenti jkollhom idumu aktar jistennew biex jinghataw is-servizz”.

Biex tkompli jitfa’ l-melh fuq il-ferita, fl-intervista ta’ nhar il-Hadd li ghadda, Dr Balzan semma kif il-Gvern qieghed jipproponi li kull qasam ta’ l-isptarijiet ikollu spiza limitata allokata ghalih. Izda dan ma jistax ikun jekk fl-istess waqt, l-ghadd ta’ dawk li juzaw is-settur jibqa’ bla kontroll.

“Ma tistax min-naha zzomm il-flus, u min-naha l-ohra ma taghmilx limiti fuq min ghandu juza s-settur” qal il-President tal-MAM lil dan il-gurnal. Semma, per ezempju, kif kull operazzjoni tal-bdil tal-genbejn tiswa’ madwar Lm1,000 u ma tistax taghti limitu ta’ flus ghal dan il-qasam u tieqaf hemm. Jekk id-domanda ghal din l-operazzjoni tkun kbira, trid jew ma tridx ikollok “tippompja aktar flus”.

Minbarra mistoqsijiet dwar l-ittra li baghtet il-MAM lill-Gvern, dan il-gurnal staqsa wkoll lil Edgar Gambin, il-Kelliem ghall-Ministru, dwar aspetti ohra li fuqhom tkellem it-Tabib Balzan jumejn ilu. Izda ghal hafna minn dawn ma waslet l-ebda twegiba. Dan ghax il-Ministru qieghed jinsisti li d-dokument dwar ir-riformi ma kellux johrog fil-berah qabel ma jibdew id-diskussjonijiet formali bejn il-unions u l-Gvern f’Jannar li gej.

Gambin spjega li dawn il-mizuri ghandhom l-ghan li jaghmlu s-servizz tas-sahha “aktar efficjenti, sostenibbli u li fuq kollox ipoggi lill-pazjenti fic-centru tas-servizz”. Sahaq li “l-Ministru jrid ikun prudenti u mhux se jikkummenta dwar dan id-dokument qabel ma jibdew formalment it-tahditiet. Il-Ministru jerga’ jappella lill-MAM biex tkun responsabbli u prudenti”.

Dwar dan, Dr Balzan sostna li bhala union demokratika, il-MAM hija marbuta li zzomm lill-membri taghha infurmati b’dak kollu li jkun qieghed jigi propost dwar l-impjieg taghhom. “Il-Gvern ma jistax jippretendi li nzommu lill-membri taghna fl-ghama dwar il-‘portata’ ta’ dak li jrid jaghmel”.

Kien hawnhekk li ghamilha cara li qabel ma l-Gvern jibdel id-dokument minn kif inhu bhalissa, l-MAM mhux se tersaq lejn il-mejda tan-negozjati.

Il-mistoqsijiet li dan il-gurnal ghamel lill-Ministru Louis Deguara izda baqghu bla twegiba kienu dawn li gejjin: “It-Tabib Balzan implika li l-Gvern huwa responsabbli li hafna tobba li studjaw f’Malta llum qeghdin jahdmu barra l-pajjiz. Dan wara d-decizjoni ta’ l-istess Gvern li ma jaghtix aktar pro–mozzjonijiet lit-tobba fl-isptari–jiet. Kemm ilu li l-Gvern waqaf jaghti dawn il-promozzjonijiet? Huwa veru li dan wassal biex hafna tobba telqu mill-isptarijiet tal-Gvern u marru jahdmu barra l-pajjiz?”

Mistoqsija ohra kienet dwar il-proposta tal-Gvern li l-ispiza ta’ kull qasam fl-isptarijiet tkun limitata. “Mizura bhal din tista’ thedded lill-kwalità tas-servizz li jinghata?”.

l-orizzont staqsa wkoll lill-Gvern jikkummenta dwar l-allegazzjonijiet tat-Tabib Balzan li minn kull 30 sodda fl-isptarijiet, hemm 14 minnhom mimlijin b’persuni, fosthom anzjani, li m‘humiex qeghdin hemm ghal kura izda ghax m’hemmx post ghalihom f’postijiet ohra. Il-Ministru naqas milli jwiegeb dwar kemm hemm kazi bhal dawn fl-isptar San Luqa.

Lanqas ma wiegeb dwar l-allegazzjoni tat-Tabib Balzan li b’Lm4.50 s-siegha, il-kirurgi fl-Isptar San Luqa qeghdin jithallsu ftit wisq.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home