Search

 
News

MAM press release as reported in - 28/2/2005

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=17551

Sitwazzjoni kritika fl-Isptar San Luqa:
It-tobba lesti ghal azzjoni industrijali


L-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) lesta tiehu azzjoni industrijali biex tipperswadi lill-Awtoritajiet tas-Sahha biex jiehdu passi semplici u bi ftit sens komun dwar is-sitwazzjoni kritika li jinsab fih l-Isptar San Luqa.

Fi stqarrija l-MAM qalet li l-problema ta’ l-iffullar fl-Isptar San Luqa issa lahqet livelli kritici bil-pazjenti fil-kuriduri, tant li anke l-ispazju fil-kuriduri wkoll jinsab mimli. It-tentattiv biex tmexxew minoranza zghira minn 70 kaz socjali giet deskritta bhala “zghira wisq u tard hafna” u li ppruvaw jillapazzaw problema li ilha hemm snin.

Din il-problema tkompli tiggrava minhabba li minkejja li t-tobba u impjegati ohrajn qeghdin jaghmlu mill-ahjar f’din is-sitwazzjoni, numru kbir ta’ tobba ma nghatawx il-hatra. Din il-gimgha sitt tobba b’esperjenza kbira ddecidew li jmorru jahdmu fir-Renju Unit. Dan, flimkien man-nuqqas ta’ tobba u bil-pazjenti dejjem jizdiedu, qieghed ikun ta’ detriment fil-kura tal-pazjenti.

Il-MAM qalet li ma jaghmilx sens li jkunu ffrizati l-impjiegi tat-tobba meta hawn nuqqas kbir ta’ tobba, sempliciment biex ikunu mfaddla ftit eluf ta’ Liri, b’konsegwenza li tobba li nghataw it-tahrig kollu qeghdin ihallu l-pajjiz. B’hekk is-sahha tal-pazjenti qieghda titpogga f’riskju serju.

Fl-ahharnett il-MAM fl-istqarrija qalet li minkejja r-ruxxmata weghdiet li saru f’dawn l-ahhar xhur, dawn it-tobba ma nghatawx il-hatra. Il-gimgha l-ohra l-Kunsill tal-MAM approva numru ta’ direttivi f’kaz li jkun hemm il-bzonn li l-Assocjazzjoni jkollha tiehu azzjonijiet industrijali. Hin issa ma fadalx aktar, ittemm tghid l-istqarrija



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home