Search

 
News

L-orizzont claims brain drain affecting ophtalmology department - 22/4/2005

19th april
link to article

21st April
link to article

Stennija ta’ sentejn ghal operazzjoni tal-katarretti
minn Victor Vella


Id-Dipartiment ta’ l-Oftalmologija fl-Isptar San Luqa jinsab tant milqut hazin minn diversi rizenji ta’ tobba mill-istess dipartiment, li l-perjodi ta’ stennija ghal operazzjoni fl-ghajnejn twalu bil-kbir. Persuni, li qeghdin jistennew li jaghmlu l-operazzjoni tal-katarretti fl-isptar, gew informati li jridu jistennew mill-inqas sentejn. Is-sitwazzjoni wasslet ghal hafna tgergir u ilmenti minn dawk milqutin, li hafna drabi qeghdin jispiccaw jiehdu l-kura fil-privat minhabba li ma jridux jistennew hafna zmien.

Infermieri, li tkellmu maghna, qalu li “minn dan id-dipartiment irrizenjaw diversi tobba u dan qed iwassal biex inholqot pressjoni kbira ta’ xoghol, ghax issa hawn inqas tobba biex jaqdu lill-pazjenti u biex isiru l-operazzjonijiet. Ovvjament l-effett ta’ dan hu li zdied b’mod sostanzjali iz-zmien li wiehed irid jistenna ghal operazzjoni f’ghajnejh. Biex wiehed jaghmel operazzjoni tal-katarretti issa jrid jistenna bejn sena u disa’ xhur jew sentejn.

“Il-lista ghal dawn l-operazzjonijiet hi twila hafna. Dan l-ahhar bdejna anke naghmlu xi operazzjonijiet fil-Hdud biex innaqqsu ftit mid-domanda, izda l-problema hi n-nuqqas ta’ tobba. Jekk it-tobba ma jizdidux ftit hemm cans li l-problema tingheleb”.

Il-fatt li hafna jridu jistennew is-snin ghal operazzjoni f’ghajnejhom qed iwassal biex uhud jaghzlu li jmorru privat, kultant anke ghand l-istess tobba li bhalissa jahdmu fl-Isptar San Luqa.

Dwar dan l-orizzont ikkuntattja lill-awtoritajiet ta’ l-Isptar San Luqa li qalu li “iz-zmien ta’ stennija ghal operazzjoni tal-katarretti hi ta’ madwar sentejn. Però ghandu jinghad li din mhix sitwazzjoni tal-lum biss, imma ilha hekk divesi snin.” Meta mistoqsijin x’inhu jsir biex il-perjodu ta’ stennija jonqos, il-management ta’ l-Isptar qal li “qeghdin isiru operazzjonijiet matul il-gurnata, inkluz wara nofs in-nhar u sahansitra anke fil-Hdud. Minkejja dan kellna wkoll il-fatt li xi tobba rrizenjaw u allura d-dewmien seta’ zdied xi ftit.”

Dwar ilmenti li kien hemm xi tobba li qalu lill-pazjenti biex jaghmlu l-operazzjoni tal-katarretti ghandhom fil-privat ghall-hlas ta’ Lm500 u b’hekk jiffrankaw il-‘waiting list’ ta’ l-Isptar San Luqa, l-awtoritajiet qalu li “dwar dan ma nistghux nikkummentaw jekk ma jkollniex il-provi u l-fatti quddiemna. Il-persuna ghandha taghmel ilment formali biex hekk ahna nkunu nistghu ninvestigaw il-kaz.”

victorvella2002@yahoo.com



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home