Search

 
News

Data on Cancelled operations and Waiting lists - L-orizzont - 27/4/2005

link to article

Jippjanaw biex jitilqu mill-Isptar
minn Victor Vella


Quddiem in-nuqqas ta’ impenn u azzjoni mill-Gvern u mill-awtoritajiet tas-sahha biex jitjiebu il-kundizzjonijiet tax-xoghol ghat-tobba fl-Isptar San Luqa, ghadd ta’ tobba, kirurgi u anke konsulenti qeghdin jippjanaw biex ma jibqghux jahdmu fl-Isptar San Luqa.

Ismijiet godda ta’ tobba li qeghdin jissemmew li ghandhom pjani biex jitilqu mill-Isptar San Luqa, biex imorru jahdmu fil-privat, qeghdin iqajmu thassib fost diversi tobba ohrajn u anke nfermiera minhabba li dan se jwassal biex il-pressjoni ta’ xoghol fuqhom tkompli tizdied. Jidher li t-tobba, kirurgi u anke konsulenti li qeghdin jippjanaw li jitilqu mill-Isptar San Luqa se jaghmlu dan minhabba li qatghu qalbhom li l-kundizzjonijiet hziena tax-xoghol f’dan l-isptar se jitjiebu, fosthom il-pressjoni kbira ta’ xoghol, nuqqas ta’ spazju, u tobba li ghadhom ma nghatawx il-hatriet taghhom minkejja li hemm bzonn hafna ta’ tobba fl-isptar.

l-orizzont tkellem mal-President ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija, Dr Stephen Fava fejn dan ikkonferma li l-Gvern ftit li xejn ha passi biex il-kundizzjonijiet tax-xoghol tat-tobba jitjiebu. Hu kkonferma li “it-tobba fl-isptar baqghu ma zdiedux minkejja li kien hemm diversi tobba li fl-ahhar gimghat irrizenjaw biex imorru jahdmu barra minn Malta.

“Minn l-informazzjoni li ghandha l-MAM hemm tobba, konsulenti u anke kirurgi li qeghdin jippjanaw li fil-gimghat li gejjin jitilqu mill-Isptar San Luqa. Minn naha taghna bhala MAM se nibqghu ninsistu mal-Gvern biex dan itejjeb il-kundizzjonijiet tat-tobba. Sa issa hemm biss diskussjonijiet”.

Sadanittant bejn Jannar ta’ din is-sena u April thassru xejn inqas minn 221 operazzjoni minhabba nuqqas ta’ spazju fl-Isptar San Luqa. Minn twegiba Parlamentari tal-Ministru ghas-Sahha, Dr Louis Deguara fuq mistoqsija tad-Deputat Laburista, Dr Adrian Vassallo jirrizulta li f’Jannar thassru 41 operazzjoni tat-tip ‘general surgery’, thassru 49 operazzjoni fl-ENT, u thassru erba’ operazzjonijiet tal-‘plastic surgery’. Fi Frar thassru 24 operazzjoni tat-tip ‘general surgery’, 24 operazzjoni fl-ENT, u seba’ operazzjonijiet tal-’plastic surgery’.

F’Marzu thassru 24 operazzjoni tat-tip ‘general surgery’, 25 operazzjoni ta’ l-ENT u tmien operazzjonijiet tal-’plastic surgery’. F’April thassru 14-il operazzjoni tat-tip ‘general surgery’ u operazzjoni fl-ENT. Minn twegiba Parlamentari ohra jirrizulta li l-lista’ ta’ stennija ghal operazzjonijiet mhux urgenti hi ta’ 354 ghall-’hip replacement’ u 948 ghal ‘knee replacement’.

Iz-zmien ta’ stennija jilhaq madwar sentejn perň jvarja skond cirkostanzi medici tal-pazjent bhal piz zejjed u mard iehor. Il-lista ta’ stennija tvarja ukoll skond il-konsulent



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home