Search

 
News

Health centres - progress registered - 14/6/2005

MAM is reasonably informed that following representations from the association

1. 8 doctors will be assigned to the Health centres from amongst those doctors who have completed medicine and surgery.

There have been contacts with the Medical Council which has authorised the Health division to deploy these doctors as trainees under supervision.

2. A fresh call for applications for General Practitioners at salary scale 6 will soon be issued. Doctors who have completed 5 years service at the Health Centres, or are eligible to be on the specialist register for Family doctors will be eligible for the points.

3. Organisation of bereg - Talks are continuing with the authorities to ensure the load is proportional to the time available to the doctor. MAM members will be informed of the outcome in due coarse,


Martin Balzan



--------------------------------------------------------------

Articles in L-0rizzont on Health Centres
link to article
Ghadd ta’ Bereg jistghu jispiccaw jinghalqu

Diversi Bereg f’ghadd ta’ rhula u bliet Maltin, li joffru diversi servizzi medici, jistghu jispiccaw maghluqa minhabba l-problema kbira tan-nuqqas ta’ tobba mal-Gvern, li min-naha tieghu s’issa ftit li xejn jidher li qed jindirizzaha.

Minhabba l-pressjoni kbira ta’ xoghol li qed ikun hemm f’dawn l-istess Bereg, fejn gieli tabib wiehed jispicca jara madwar 80 pazjent f’nofs ta’ nhar, l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) informat lid-Dipartiment tas-Sahha li jekk mhux se jiehu azzjoni u jara li l-ammont ta’ xoghol ikun relatat ma’ kemm tabib jista’ jara pazjenti f’ammont ta’ hin, mhix se jkollha triq ohra hlief li tiehu azzjoni biex ghadd ta’ bereg jinghalqu fl-interess tat-tobba u tal-pazjenti.

Fl-ahhar xhur u gimghat ghadd ta’ tobba irrizenjaw minn mal-Gvern biex ifittxu opportunitajiet u kundizzjonijiet ahjar mal-privat jew barra l-pajjiz. Dan qed iwassal biex ic-Centri tas-Sahha ghandhom 60 tabib inqas minn kemm suppost ikollhom.

Sorsi qrib tobba li jahdmu fic-Centri tas-Sahha u fil-Bereg qalu lil l-orizzont li “ftit tal-jiem ilu saret laqgha urgenti ghat-tobba li jahdmu fic-Centri tas-Sahha. Fost affarijiet giet diskussa l-qaghda hazina u mwieghra f’centri simili, fejn it-tobba ghandhom pressjoni kbira ta’ xoghol.

“Dan kemm-il darba ghidnih lill-awtoritajiet, izda ftit li xejn taw kas l-ilmenti taghna. Qeghdin jigu ammonti kbar ta’ nies ghas-servizzi medici u f’certi rhula jkollna naqduhom fil-hin li nkunu hawn jigifieri f’siegha u nofs. Ma jistax ikun li nibqghu nahdmu f’dawn il-kundizzjonijiet, fejn waqt li d-domanda ghas-servizzi qieghda dejjem tikber, it-tobba qeghdin dejjem jonqsu”.

l-orizzont ikkuntattja lis-Segretarju Generali tal-MAM, Dr. Martin Balzan, li kkonferma “li fil-Bereg ta’ l-ibliet u l-irhula hemm diversi problemi. Dawn huma marbutin mal-kwistjoni tan-nuqqas ta’ tobba. Minn mal-Gvern telqu ghadd ta’ tobba li marru jfittxu opportunitajiet ahjar barra minn Malta. Dan qed iwassal biex tinholoq pressjoni dejjem akbar fuq is-servizzi offruti bhalissa fic-Centri tas-Sahha u fil-Bereg.

“Fil-Bereg ghandna problemi kbar. Dawn qed ikollhom tabib wiehed biss li qed jispicca jinvista xi 60 persuna. Dan ghalina hu inaccettabli. Mhux gust la ghat-tobba u lanqas ghall-pazjenti li tabib ikollu dan l-ammont kollu ta’ xoghol.

“Bhala MAM qeghdin nghidu lill-Gvern car u tond li jew se jara li t-tobba fil-Bereg se jkollhom ammont ta’ xoghol li hu relatat ma’ kemm jistghu jaraw pazjenti f’dak l-ammont ta’ hin, jew inkella jkollna niehdu l-pass li jinghalqu ammont ta’ Bereg. Ma jistax ikun nibqghu sejrin hekk. Ahna pproponejna li t-tabib irid idum jara pazjent bejn tlieta u hames minuti, li wkoll hu ftit biex tabib jezamina pazjent. Jekk il-Gvern jibqa’ ma jsibx soluzzjoni, mhux se jkun hemm triq ohra hlief dik li jinghalqu certi Bereg.”

Bhalissa fil-pajjiz hawn 39 Berga, li huma imqassmin hekk: tnejn taht ic-Centru tas-Sahha tar-Rabat, sitta taht ic-Centru tas-Sahha tal-Mosta, 11 taht ic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid, tlieta taht ic-Centru tas-Sahha ta’ Bormla, 11-il Berga taht ic-Centru tas-Sahha tal-Floriana, tnejn taht ic-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi u erbgha taht ic-Centru tas-Sahha tal-Gzira.





 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home