Search

 
News

Minister Deguara makes parliamentary statement on salaries of non-maltese doctors - 15/7/2005

link to parliament website


L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

Billi tobba barranin jaħdmu f'Malta għandhom paga ogħla minn dik tal-Maltin, jista' il-Ministru jgħid jekk dawk li ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għadhomx igawdu xi vantaġġ? Jekk le, kemm telqu minħabba dan? Kemm hemm tobba bararnin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea llum? X'pagi u perks għandhom?
Tweġiba:

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tobba barranin kollha li jaħdmu f'Malta, minbarra wieħed, għandhom l-istess paga bħal dik tal-Maltin. Minbarra dan, huma jitħallsu expatriate allowance ta' Lm1,400 fis-sena. Is-salarju u l-imsemmija allowance ma titħallas taxxa fuqhom. Din tapplika għat-tobba barranin kollha, sew jekk ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropeja, sew jekk le. Dawk it-tobba li temmew l-impjieg tagħhom ma tawx raġuni għal dan.

Hemm 25 tabib barrani minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropeja. Il-paga tagħhom hija bħal dik tat-tobba Maltin. Kif diġa semmejt hawn fuq, dawn jitħallsu expatriate allowance ta' Lm1,400 fis-sena. Is-salarju u l-imsemmija allowance ma titħallasx taxxa fuqhom. Minnbarra dan dawn it-tobba għandhom dritt għal biljett ta' l-ajru għal pajjiżhom u lura għalihom u għal familja tagħhom għal kull kuntratt ta' sena.




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home