Search

 
News

l-orizzont reports on MAM agreement in health centres - 15/7/2005

link to article in l-orizzont

In-nuqqas ta’ tobba minhabba
kundizzjonijiet tax-xoghol hziena:
Kura mill-Bereg bl-appuntament
minn Victor Vella


Quddiem il-problema kbira ta’ nuqqas ta’ tobba f’Malta minhabba li l-Gvern baqa’ ma tejjibx il-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom, gie deciz li mil-1 ta’ Awissu ghadd ta’ Bereg tas-Sahha fl-ibliet u l-irhula se jibdew jaghtu servizzi medici biss lil dawk il-pazjenti li jkunu ghamlu appuntament. Fl-1 ta’ Ottubru din is-sistema se tigi estiza ghall-Bereg kollha.

Dan qed isir minhabba li fic-Centri tas-Sahha l-Gvern ghandu 60 tabib inqas minn kemm suppost, filwaqt li hemm madwar 90 tabib li qeghdin jippjanaw biex jitilqu jahdmu barra minn Malta. Fil-fatt tobba li huma rregistrati mal-Kunsill Mediku ta’ Malta talbu ‘certificate of compliance’ u ‘certificate of good standing’ minghand l-istess kunsill biex ikunu jistghu jirregistraw irwiehhom f’kunsill mediku iehor f’pajjiz iehor fl-Unjoni Ewropea.

Minn taghrif li ghandu l-orizzont jirrizulta li “wara li l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) kienet qajmet il-kwistjoni ta’ l-ammont ta’ nies li qeghdin imorru jinqdew fil-Bereg, fejn gieli tabib wiehed spicca jara 80 pazjent, jidher li ntlahaq ftehim bejn il-Gvern u l-MAM li jghid li s-servizz mill-Bereg ghandu jinghata wara li jkun sar appuntament.

Din is-sistema iddahhlet biex tonqos il-pressjoni kbira ta’ xoghol minn fuq it-tobba fil-Bereg tas-Sahha. Il-pressjoni tax-xoghol hi kkawzata primarjament mill-fatt li t-tobba mal-Gvern qeghdin dejjem jonqsu, kawza ta’ kundizzjonijiet hziena.

Minn l-1 ta’ Awissu li gej, il-Bereg ta’ H’Attard, l-Iklin, l-Imgarr, il-Fgura, il-Belt Valletta, l-Imsida u s-Siggiewi se jintroducu s-sistema ta’ l-appuntamenti. Il-kumplament tal-Bereg l-ohrajn se jdahhlu s-sistema fl-1 ta’ Ottubru li gej. L-appuntamenti mistennijin jibdew jinghataw kull erba’ minuti.

l-orizzont ikkuntattja lil Dr Martin Balzan li kkonferma li ntlahaq ftehim mal-Gvern dwar il-Bereg li se jibdew joffru s-servizzi bl-appuntamenti.

Il-MAM f’kummenti li kienet tat lil l-orizzont xi gimghat ilu dwar il-kwistjoni tal-Bereg qalet li “fil-Bereg ghandna problemi kbar. Dawn qed ikollhom tabib wiehed biss li jispicca jinvista xi 60 persuna. Dan ghalina hu inaccettabbli. Mhux gust la ghat-tobba u lanqas ghall-pazjenti li tabib ikollu dan l-ammont kollu ta’ xoghol. Bhala MAM qeghdin nghidu lill-Gvern car u tond li jew se jara li t-tobba fil-Bereg ikollhom ammont ta’ xoghol li hu relatat ma’ kemm jistghu jaraw pazjenti f’dak l-ammont ta’ hin, inkella jkollna niehdu l-pass li jinghalqu certu ammont ta’ Bereg. Ma jistax ikun li nibqghu sejrin hekk. Ahna pproponejna li t-tabib idum jara pazjent bejn tlieta u hames minuti li wkoll huwa ftit.”

Bhalissa fil-pajjiz hawn 39 Berga li huma mqassmin hekk: tnejn taht ic-Centru tas-Sahha tar-Rabat, sitta taht ic-Centru tal-Mosta, 11 taht ic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal il-Gdid, tlieta taht ic-Centru tas-Sahha ta’ Bormla, 11 taht ic-Centru tas-Sahha tal-Floriana, tnejn taht ic-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi u erbgha taht ic-Centru tas-Sahha tal-Gzira.




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home