Search

 
News

Drug reps banned from SLH L-orizzont - 23/8/2005

link to article

Ir-rapprezentanti tal-medicinali
mhux jithallew jidhlu l-isptar
minn Victor Vella


Ir-rapprezentanti tal-kumpaniji li jimportaw il-medicini f’Malta, li bhala parti mix-xoghol taghhom hemm dak li jmorru fl-isptar San Luqa biex jaghtu informazzjoni lit-tobba fuq prodotti godda li jkunu se jidhlu fis-suq, b’effett immedjat mhux se jibqghu jithallew jidhlu fl-Isptar San Luqa. Il-kumpaniji li jimpurtaw il-medicini gew infurmati b’din id-decizjoni permezz ta’ cirkolari iffirmata minn Dr. Frank Bartolo. Il-kumpaniji li jimpurtaw il-medi-cini qeghdin ihossu li din se jkollha effett negattiv fuq ix-xoghol taghhom u fuq l-informazzjoni li t-tobba ghandu jkollhom fuq prodotti godda tal-medicini li jidhlu fis-suq.

Rapprezentanta ta’ kumpanija li timporta l-medicini f’kummenti lil l-orizzont qalet li “ahna parti mix-xoghol taghna kien li mmorru l-Isptar San Luqa u ninfurmaw lit-tobba fuq l-ahhar prodotti medicinali li jkunu dahlu fis-suq. Lit-tobba konna intuhom informazzjoni dettaljata fuq il-prodotti biex huma jkunu mgharrfa ahjar u dan ifisser kura ahjar ghall-pazjenti. Gara izda li s-Supretendent ta’ l-Isptar, Dr.Frank Bartolo, f’cirkolari li kiteb, ordna biex ir-rapprezentanti medicali ma jidhlux aktar fl-Isptar San Luqa. Din id-decizjoni ttiehdet minghajr lanqas biss saret konsultazzjoni mar-rapprezentanti medicinali jew ma’ l-assocjazzjoni taghna. Ahna nifhmu li fl-Isptar hemm pressjoni ta’ xoghol minhabba li t-tobba qeghdin dejjem jonqsu biex imorru jahdmu barra, izda ma narawx li hemm xi sens wara d-decizjoni li ahna ma nithallewx nidhlu l-isptar biex ninfurmaw lit-tobba fuq l-ahhar medicini li jidhlu fis-suq. Jekk ahna ma ninfurmawx lit-tobba, dawn mhux se jkunu infurmati.”

Jidher li l-Assocjazzjoni tar-Rapprezentanti tal-Medicinali mhix qieghda taqbel mad-de-cizjoni ta’ Dr. Frank Bartolo u hu ppjanat li ssir laqgha fuq din il-materja fil-bidu ta’ Settembru.




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home