Search

 
News

L-orizzont on situation at Casualty - 4/11/2005

link to l-orizzont


L-Emergenza bla flus ghal xoghol ‘extra’ mit-tobba
minn Victor Vella



Tobba gradwati godda li qeghdin jahdmu fl-Isptar San Luqa inghataw direttiva mill-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) biex ma jaghmlux xoghol f’dipartimenti ta’ l-isptar li huma m’hux assenjati biex jaghmlu xoghol fihom. Dan qed isir minhabba li l-awtoritajiet ta’ l-Isptar San Luqa kienu qeghdin izarmaw dipartimenti ohra mit-tobba biex dawn jahdmu fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, li bhalissa ghandu nuqqas kbir ta’ tobba, tant li t-tobba f’dan id-dipartiment mhux ilahhqu max-xoghol.

Mhux hekk biss izda jidher li l-awtoritajiet ta’ l-isptar m’ghandhomx flus biex idahhlu lit-tobba jaghmlu xoghol barra mil-hin taghhom fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza. Minhabba f’hekk, l-amministraturi ta’ l-isptar kienu qeghdin jordnaw biex tobba xoghol f’dipartiment ohra ta’ l-isptar, f’certu hinijiet imorru fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza.

Il-MAM, f’kummenti lil l-orizzont ghamlitha cara li l-awtoritajiet ta’ l-Isptar San Luqa qalulhom li m’hemmx flus biex it-tobba jiddahhlu jaghmlu xoghol barra l-hin fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza.

Sorsi qrib it-tobba fl-Isptar San Luqa qalu li “bhalissa d-Dipartiment ta’ l-Emergenza qed ibati minn nuqqas ta’ tobba. Il-pressjoni ta’ xoghol li hawn hi wahda kbira hafna u bhala tobba mhux inlahhqu maghha. Bizzejjed nghidlek li gieli biex ilahhqu kienu qeghdin igibu tobba minn dipartimenti ohra.

Ovvjament tifhem li meta ghandek sptar shih b’nuqqas ta’ tobba u tiehu professjonisti minn naha biex tipprova ssolvi problema f’naha ohra, ma tkun qed taghmel xejn hlief traqqa’ l-pannu bil-qargha ahmar. Gieli kien hemm kazi fejn intbaghtu tobba godda fl-Emergenza, fejn dan mhux dejjem hu rakkomandabbli peress li dawn ma jkunx ghad ghandhom esperjenza. Il-problema fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza tikber bil-lejl, fejn hemmhekk it-tobba jonqsu. Bil-lejl hemm bzonn minn ta’ l-inqas tliet tobba. Bi nhar hemm bzonn ukoll erba’ tobba, biex ix-xoghol ikun jista’ jsir.”

L-istess sorsi qalulna li “kien hemm tobba li kienu lesti li jahdmu fl-Emergenza meta ma jkunux xoghol jew billi jahdmu barra l-hin, izda l-awtoritajiet qalu li din kienet se zzidilhom bil-kbir l-ispejjez u ma kellhomx fondi ghal dan. Minhabba li l-awtoritajiet baqghu jibaghtu tobba li jkunu xoghol f’dipartimenti ohra fl-Emergenza, il-kwistjoni tqajment mal-MAM fejn inharget direttiva biex tobba li m’humiex assenjati fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza ma jmorrux jaghmlu xoghol hemmhekk, b’mod partikolari it-tobba gradwati godda.

“Din id-direttiva nharget anke fl-interess tal-pazjenti, minhabba li t-tobba godda ma jkollhomx l-esperjenza necessarja ghad-Dipartiment ta’ l-Emergenza”.

l-orizzont ikkuntattja lis-Segretarju Generali tal-MAM, Dr Martin Balzan, li kkonferma li l-MAM harget direttiva lit-tobba biex ma jaghmlux xoghol f’dipartimenti li ma jkunux assenjati fihom.

Dr Balzan qal li din id-direttiva nharget minhabba li fl-Emergenza hemm nuqqas ta’ tobba u l-awtoritajiet qeghdin jghidu li m’ghandhomx flus biex idahhlu lit-tobba jaghmlu xoghol barra l-hin taghhom. “L-awtoritajiet ghamluha cara maghna li hemm nuqqas ta’ finanzi”, qalilna Dr Balzan.

Is-Segretarju Generali tal-MAM qal li “nhossu li mhux sew li l-awtoritajiet ta’ l-isptar izarmaw dipartimenti ohrajn biex jipprovaw isolvu l-problema fl-Emergenza, azzjoni li kienet qieghda tittiehed biex it-tobba ma jiddahhlux xoghol barra l-hin. Ghalhekk tajna direttiva biex kulhadd jibda jahdem fejn hu assenjat. Din id-direttiva hrigniha wkoll fl-interess tal-pazjent ghax gieli kienu qeghdin jintbaghtu tobba li m’ghandhomx l-esperjenza necessarja ghall-Emergenza.”

Sadanittant l-awtoritajiet ta’ l-Isptar San Luqa f’kummenti lil l-orizzont qalu li “l-awtoritajiet qeghdin jiehdu passi biex in-numru ta’ tobba fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza ikun wiehed adekwat skond l-esigenzi u l-bzonnijiet ta’ l-istess dipartiment.

“Wiehed irid jifhem li d-domanda ghas-servizzi ta’ l-Emergenza mhix wahda kostanti, imma tvarja skond in-numru ta’ nies li jaghmlu uzu minn dan id-dipartiment. Fid-dawl ta’ dan qeghdin isiru diskussonijiet u thejjijiet biex jizdied in-numru ta’ tobba f’certi hinijiet li jikkoncernaw, kemm tobba digà xoghol f’dawk il-hinijiet, kif ukoll li jingiebu tobba ohrajn.”




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home