Search

 
News

Health debate - L-orizzont - 15/11/2005

link to L-orizzont

Sitwazzjoni gravi fis-sahha - Michael Farrugia



Il-Kelliem Ewlieni Laburista ghas-Sahha, it-Tabib Michael Farrugia, sostna li ghandna sitwazzjoni gravi ta’ ‘brain drain’ ta’ tobba li qeghdin jitilqu mill-isptarijiet tal-Gvern mhux biss ghax jaghzlu li jmorru jahdmu fil-privat imma barra l-pajjiz. Spiccajna fis-sitwazzjoni fejn it-tobba Maltin qeghdin jitilqu u flokhom qed ikollna ngibu l-barranin.

Huwa kien qed jitkellem fis-seduta parlamentari tal-bierah fil-ghaxija li matulha kienu approvati l-fondi li l-Gvern alloka ghall-Ministeru tas-Sahha, Anzjani u Kura fil-Komunità ghas-sena 2006.

It-Tabib Farrugia qal li jekk hawn settur li fih jezistu diversi problemi bla dubju ta’ xejn dan huwa l-qasam tas-sahha. F’dan is-settur tinhass il-krizi ekonomika u finanzjarja li hawn fil-pajjiz kollu. bil-konsegwenza li din il-krizi qieghda twassal ghal nuqqas ta’ hegga minn dawk kollha li jahdmu f’dan il-qasam.

Meta rrefera ghan-nuqqas sostanzjali ta’ tobba li hemm f’diversi dipartiment b’mod partikulari f’dak ta’ l-Emergenza, it-Tabib Farrugia qal li dan qed jikkaguna stress fuq l-infermiera u qed ikollu effett fuq il-‘waiting lists’ ta’ l-out patients li qeghdin dejjem jitwalu.

Zied isemmi li kagun tal-‘brain drain’ tat-tobba li qed jesperjenza l-pajjiz bhalissa, f’certi dipartimenti lanqas biss hemm dak l-ghadd li hu rikjest mil-ligi f’kaz li kellu jsir strajk mit-tobba.

Meta tkellem dwar l-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq it-Tabib Farrugia staqsa x’inhu r-rwol tal-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici llum il-gurnata galadarba din m’ghadhiex responsabbli aktar minn dan l-isptar. Fakkar li meta suppost kellhom jintefqu Lm83 miljun fuq l-isptar il-gdid, skond l-ahhar stimi dan se jigi jiswa Lm125 miljun ghax il-mira ta’ l-infieq kienet hazina.

Il-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppozizzjoni dwar is-Sahha sahaq li jekk se jibqa’ ma jsir xejn biex jigu solvuti l-problemi li jezistu fis-settur tas-sahha, il-krizi li ghandna bhalissa se tisplodi fl-2007 meta suppost ghandu jiftah l-isptar il-gdid. Jekk nibqghu bil-problemi ta’ krizi li tezisti fit-tmexxija ta’ l-isptarijiet se jkollna sitwazzjoni fejn se mmorru mit-tagen ghal gon-nar u dan huwa kollu dovut ghat-tmexxija hazina ta’ gvernijiet Nazzjonalisti.

Silvio Parnis

• Il-Kelliem Laburista dwar l-Anzjani, Silvio Parnis, qal li s-sena 2005 bla dubju kienet sena li fiha l-anzjani bdew ihossuhom imwarrbin minn diversi aspetti. Fost id-diffikultajiet li komplew ihabbtu wicchom maghhom l-anzjani din is-sena, huwa semma’ l-iskarsezza ta’ pilloli li kien hawn mill-ispizeriji tal-Gvern kif ukoll mill-ispizerija ta’ San Vincenz.

Biex jissustanzja dak li kien qed jghid id-Deputat Laburista pprezenta fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ pilloli li huma ‘out of stock’. Fl-istess hin irrikonoxxa li ghad hemm certu hela fejn jidhlu l-pilloli u medi-cini li jipprovdi l-Istat b’xejn.

Xi haga ohra li kompliet kasbret lill-anzjani taghna hija z-zieda fl-gholi tal-hajja, b’mod partikolari z-zidiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li issa se jergghu joghlew. Il-kelliem irrimarka li fejn qabel konna nghidu li l-anzjani taghna huma sinjuri grazzi ghall-pensjoni li jgawdu, illum l-affarijiet qeghdin jinbidlu ghax bil-pensjoni lanqas biss ghadhom jistghu jlahhqu ma’ dak li hu essenzjali ghall-hajja.

Adrian Vassallo

• Il-Kelliem Laburista dwar is-Sahha, it-Tabib Adrian Vassallo, qal li f’dak li jirrigwarda l-qasam tas-sahha l-poplu taghna zgur ma jistax jghid li qed jinqeda ahjar. Il-fatti juru li l-maggoranza tan-nies li jaghmlu uzu mis-servizzi tas-sahha li jipprovdi l-gvern ihossu li l-affarijiet f’dan il-qasam sejrin lura.

Semma li qed ikun hemm medja ta’ madwar 50 pazjent li ma jkunx hemm postijiet ghalihom fis-swali ta’ l-isptarijiet bil-konsegwenza li jispic- caw fil-kuriduri minghajr privatezza ta’ xejn. Kulma jmur il-‘waiting lists’ ghall-operazzjonijiet minuri qeghdin jitwalu tant li ghal operazzjoni tal-katerretti jew ftuq wiehed qed ikollu jistenna mill-inqas sentejn. Ghal dik li hija operazzjoni ta’ ‘hip’ jew ‘knee replacement’ qed ikollhom jistennew hames snin bil-konsegwenza li dawn in-nies jispiccaw f’sodda u b’aktar kumplikazzjonijiet.

It-Tabib Vassallo semma wkoll li jekk illum tmur fid-dipartiment ta’ l-‘out patients’ u taghmel appuntament biex jarak specjalista tal-kliewi jaghtuk appuntament ghal disa’ xhur ohra. Dwar l-emergenza qal li jekk ma jkunx kaz gravissimu ghandek tmien sighat tistenna biex tinqeda u dan huwa dovut ghan-nuqqas ta’ staff li hemm f’dan id-dipartiment. Il-bereg illum saru sempliciment ufficcju biex jimtlew il-formoli ghall-medicini b’xejn waqt li c-centri tas-sahha naqqsu wkoll b’mod drastiku l-hinijiet li fihom jipprovdu l-kura.

Michael Axiaq

• Id-Deputat Nazzjonalista, it-Tabib Michael Axiaq, iddedika l-intervent tieghu biex tkellem dwar dik li sejjah bhala theddid tal-prattici medici godda fuq zewg valuri stabbiliti, dak tal-hajja umana u l-valur tal-familja.

L-ewwel theddida li semma kienu t-testijiet genetici li jsiru fit-tqala u li skond hu qeghdin ipoggu pressjoni fuq il-genituri biex jabortixxu t-tarbija anke minhabba difetti zghar.L-awtenasja qieghda tigi prattikata legalment f’diversi pajjizi ta’ l-UE u hu zied li issa bdiet tigi accetta wkoll u tigi applikata anke fil-kaz tat-tfal mhux biss fuq nies adulti.

Ghal dak li jirrigwarda l-valur tal-familja f’socjetà sekulari, id-Deputat Axiaq sostna li bi thejjija ghall-introduzzjoni ta’ l-IVF ghandu jkun hawn qafas legali li jirregola dak li jista’ jsir f’pajjizna u jitwaqqaf minnufiha il-Kumitat Nazzjonali ta’ l-Etika.

Joe Cassar

• Id-Deputat Nazzjonalista, Joe Cassar, qal li ghal dak li jirrigwarda s-sahha mentali mill-estimi ta’ dan il-bagit il-Gvern qed jipprovdi s-somma ta’ Lm6.3 miljuni ghall-Isptar Monte Carmeli li huwa bagit sostanzjali.

Jekk kien hemm xi hadd li hadem fuqha dan il-gvern fejn tidhol is-sahha mentali kien fuq livell komunitarju. Bl-ghajnuna ta’ agenziji li jahdmu f’dan il-qasam matul is-sena d-diehla mistennija jifthu centri apposta fil-komunità fejn pazjent imur iqatta’ ftit taz-zmien qabel ma jerga’ jistabbilixxi ruhu lura fis-socjetà.

Helen D’Amato

• Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, Helen D’Amato, qalet li l-anzjani m’ghandniex inqisuhom bhala piz jew inkella nqisu l-anzjanità bhala problema.

Sahqet li l-anzjani taghna ghamlu qabza kbira fil-kwalità tal-hajja taghhom u l-impenn tal-Gvern hu li jkompli jsostnilhom dak li kisbu fil-passat. Sahansitra ddikjarat li l-anzjani qeghdin jghixu aktar grazzi ghas-success li l-pajjiz kiseb fis-servizzi ekonomici u medici li, skond ma qalet, dawn kollha gew introdotti minn Gvernijiet Nazzjonalisti tul is-snin.

Is-Segretarju Parlamentari D’Amato stiednet lill-anzjani biex jibqghu jharsu lejn il-futur b’ottimizmu ghax dan il-Gvern se jkompli jassiguralhom il-futur taghhom biex huma jghixu ahjar.

Louis Deguara

• Il-Ministru tas-Sahha, it-Tabib Louis Deguara, ftahar li dan huwa l-uniku bagit li kien fih xejn inqas minn seba’ pagni b’referenza ghas-settur tas-sahha.

Fosta affarijiet ohra semma li kull persuna li ghandha aktar minn 70 sena f’dawk li huma servizzi li tircievi mill-Isptar San Luqa biss qieghda tiehu b’valur ta’ bejn Lm200 u Lm300 fis-sena, waqt li kull pazjent li jkollu aktar minn 80 sena qed jiswa lill-poplu madwar Lm800 kull sena f’servizzi li jinghata mill-Isptar San Luqa.

B’referenza ghall-kritika li saret mill-kelliema ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-waiting lists ghall-operazzjonijiet li dejjem jitwalu, il-Ministru tas-Sahha rrimarka li saru aktar minn 10,000 intervent fejn jidhlu operazzjonijiet tal-qalb, 9,300 operazzjoni ta’ l-ortopedija, aktar minn 2,000 operazzjoni tal-kirurgija generali, u aktar minn 6,400 intervent f’dawk li huma operazzjonijiet ta’ l-oftalmija.

Zied jghid li fuq medda ta’ disa’ snin l-operazzjonijiet zdiedu bi 32%, waqt li l-investigazzjonijiet li jsiru fil-laboratorji zdiedu b’65%, l-ECG zdiedu b’205% u s-CT Scan zdied b’94%.

Ghal dik li hija spiza tal-medicini l-Ministru Deguara qal li din is-sena din se taqbez is-somma ta’ Lm22 miljun. Semma li fil-kaz tal-pilloli li jnaqqsu x-xaham fid-demm llum hemm xejn inqas minn 10,150 li qeghdin jircivuhom b’xejn, u dawn il-pilloli wahidhom qeghdin iqumu lill-gvern ic-cifra ta’ Lm1 miljun. Fi zmien erba’ snin in-nies li huma ntitolati li jiehdu l-medicini b’xejn minhabba mard kroniku zdiedu b’60%.

Filwaqt li qal li r-raguni ghala tobba Maltin qed jitilqu barra minn Malta hija dovuta ghall-pagi fenominali li qeghdin jigu offruti, il-Ministru tas-Sahha ta garanzija li bil-ftuh ta’ l-isptar il-gdid hadd mill-haddiema mhu se jitlef postu.




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home