Search

 
News

32,000 procedures at SLH in 2005 - over 11,689 on the waiting list - 21/2/2006

link to l-orizzont

L-operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa fis-sena 2005:
SARU 32,000… BAQA’ 11,689

Bejn Jannar u Dicembru 2005 fl-Isptar San Luqa saru 32,000 operazzjoni biex sa l-ahhar ta’ Jannar 2006 kien ghad jonqos x’isiru 11,689 operazzjoni ohra.

Dan jirrizulta minn taghrif li Tonio Bonello, il-Kap tad-Dipartiment Informazzjoni u Komunikazzjoni ta’ l-Isptarijiet San Luqa, Sir Paul Boffa u Mater Dei, baghat il-bierah lil dan il-gurnal.


Permezz tal-gurnalist Victor Vella, l-orizzont kien ilu minn Novembru li ghadda jitlob il-lista ta’ stennija ghall-operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa.

Il-bierah dan il-gurnal waslitlu l-informazzjoni li talab fejn jirrizulta li sa Jannar li ghadda l-lista ta’ stennija ghall-operazzjonijiet kienet din: 482 operazzjoni tal-ginekologija (mard li jolqot lin-nisa), 794 operazzjoni tal-kirurgija, 6,650 operazzjoni ta’ l-ghadam, 193 operazzjoni tal-qalb u 3,570 operazzjoni ta’ l-oftalmologija (fl-ghajnejn).

Bejn Jannar u Dicembru 2005, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru kien: 4,880 tal-ginekologija, 17,732 tal-kirurgija, 3,364 ta’ l-ghadam, 3,702 tal-qalb u 2,322 ta’ l-oftalmologija.

Minbarra l-istatistika dwar kemm hi twila l-lista ta’ stennija ghall-operazzjonijiet imsemmijin, Tonio Bonello qal ukoll li huwa ma tax l-informazzjoni minn qabel ghax id-dipartiment li huwa jmexxi “kien ghad m’ghandux it-taghrif mehtieg minn sorsi ufficjali fil-kamp ta’ certi tipi ta’ operazzjonijiet. Kien ghalhekk biss li dan it-taghrif baqa’ ma wasalx ghand min talab l-istess informazzjoni”.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home