Search

 
News

Każi soċjali fl-Isptar San Luqa, dalwaqt tinfetaħ sala ġdida f'Monte Carmeli - 21/3/2006

Każi soċjali fl-Isptar San Luqa, dalwaqt tinfetaħ sala ġdida f'Monte Carmeli
link to maltarightnow




Se jiżdiedu s-sodod għall-Anzjani f'SVPR

Keith DEMICOLI 21/03/2006 08:29:07


Sa nofs April li ġej se tinfetaħ sala ġdida fl-Isptar Monte Carmeli li se takkomoda każi soċjali li bħalissa qed jikkawżaw iffullar fl-Isptar San Luqa. Bħalissa fl-Isptar San Luqa hemm 102 każ soċjali - jiġifieri ta' persuni li jibqgħu l-Isptar mhux għax ikollhom bżonn l-assistenza medika iżda minħabba diversi raġunijiet oħrajn fosthom għax ikunu abbandunati minn qrabatom stess. Dawn il-persuni qed iwasslu biex ma jkunux jistgħu jiddaħħlu pazjenti fis-swali ta' l-Isptar San Luqa minħabba nuqqas ta' spazju.

Fis-sala l-ġdida f'Monte Carmeli, li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqha, se jkunu trasferiti mill-Isptar San Luqa madwar 34 pazjent ikkunsidrati każi soċjali. L-investiment li qed isir fl-immodernizzar tas-sala fl-Isptar Monte Carmeli jleħħaq madwar Lm100,000. Ix-xogħol fis-sala jinkludi sistemi ġodda tas-servizzi ta' l-elettriku u l-ilma, sistema ta' air-conditioning, kmamar ġodda tal-banju u toilets, lift ġdid, għamara ġdida u aperturi ġodda. Bl-iskop li jitnaqqas l-iffullar fl-Isptar San Luqa, se tinbena faċilita' ġdida fir-Residenza ta' l-Anzjani San Vinċenz De Paule li tospita pazjenti li jkollhom bżonn riabilitazzjoni.

F'din il-faċilita' se jmorru pazjenti mill-Isptar Zammit Clapp u pazjenti li sa llum kienu jibqgħu fl-Isptar San Luqa. F'Zammit Clapp jkunu residenti persuni ta' iktar minn 60 sena biss. Barra dan, fl-isfond li llum l-anzjani qed jgħixu iktar minn qabel, se jiżdiedu s-sodod fir-Residenza San Vinċenz De Paule u dalwaqt se tinbena Dar ta' l-Anzjani ġdida fil-Mellieħa.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home