Search

 
News

PQ on VAT on Vaccines - 29/3/2006

Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 17921 Data: 17/03/2006
Seduta Numru: 368 - 21/03/2006 06:00 PM
Seduta Interim: 370 27/03/2006 06:00 PM

Titlu: Direttur tal-VAT

L-Onorevoli KARL CHIRCOP
staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi):


Peress li d-direttur tal-VAT qiegħed jimponi taxxa ta' 5% fuq vaċċini li jintużaw għat-tilqim kontra mard infettiv, li ċertament huma sustanzi mediċinali u li jistgħu jiġu amministrati biss minn tobba jew nurses kwalifikati, jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex qiegħda tiġi imposta din it-taxxa ta' 5% fuq dawn il-vaċċini, meta huma meqjusa minn kulħadd bħala prodotti mediċinali u għaldaqstant suppost ikunu eżenti mit-taxxa?
Tweġiba:


Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sabiex wieħed jidentifika t-tip eżatt ta’ vaċċin li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Membru, huwa meħtieġ l-HS Code tal-prodott in kwistjoni.

Iżda, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-prodotti li għalihom tista’ tiġi tiġi applikata r-rata ta’ 0% VAT kienu identifikati flimkien mal-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu simili għal dawk li hemm fir-Renju Unit u fl-Irlanda.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home