Search

 
News

PQ on appointment system at District Health Centres (bereg) - 29/3/2006

L-Onorevoli EVARIST BARTOLO
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):


Jikkunsidra l-Ministru li jirrevedi s-sistema ta' tabib bl-appuntament li hemm fil-berġa ta' Tas-Sliema peress li anzjani u persuni morda li jkollhom bżonn urġenti ta' tabib mhux qed jinqdew jekk imorru l-berġa bla appuntament?
Tweġiba:


Ninsab infurmat li l-introduzzjoni tas-sistema ta’ l-appuntamenti fil-bereġ kienet riżultat ta’ pakkett negozjat ma’ l-Assoċjazzjoni Medika Maltija li wassal għal waqfien ta’ l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-istess union. Ir-raġuni għaliex iddaħħlet din is-sistema kienet sabiex it-tobba jkunu jistgħu iqattgħu aktar ħin meta jeżaminaw lill-pazjenti.

Tajjeb li wiehed ifakkar li l-bereġ qatt ma kienu meqjusa bħala l-post fejn wieħed għandu jattendi għall-bżonnijiet urġenti. Bżonnijiet urġenti għandhom jiġu ittrattati fiċ-Ċentri tas-Saħħa. B’dana kollu, jekk ikun hemm pazjent li jmur fil-berġa mingħajr ma jkollu appuntament tingħatalu l-opportunita’ li jistenna sa l-aħħar tas-sezzjoni ta’ l-appuntamenti u jekk ikun fadal ħin it-tabib ikun jista’ jattendi għall-bżonnijiet tiegħu.

L-andament tas-sistema ta’ l-appuntamenti tiġi evalwata minn żmien għal żmien u jsiru dawk il-modifikazzjonijiet meqjusa meħtieġa



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home