Search

 
News

PQ - EU doctors working in Malta - 29/3/2006

Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 12208 Data: 02/05/2005
Seduta Numru: 266 - 11/05/2005 06:00 PM
Seduta Interim:

Titlu: Kunsill Mediku - Tobba barranin

L-Onorevoli SILVIO PARNIS
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):


Jista' il-Ministru jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea kemm tobba minn pajjiżi membri applikaw lill-kunsill mediku biex jaħdmu Malta? Ta' liema speċjalita' huma dawn it-tobba/speċjalisti? Kemm minnhom ingħataw permess biex jaħdmu u f'liema speċjalita'?
Tweġiba:


Ninsab infurmat li minn mindu Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropeja l-Kunsill Mediku ipproċessa sebgħa u għoxrin (27) talba minn tobba/speċjalisti minn stati membri ta' l-istess Unjoni.

Minn dawn insibu sbatax (17) Franċiżi fl-ispeċjalita ta' plastic surgeons, tliet (3) tobba Ġermaniżi, tliet (3) tobba Taljani u wieħed (1) mill-Olanda. Il-Kunsill Mediku rċieva u pproċessa wkoll żewġ applikazzjonijiet f'isem żewġ tobba mir-Renju Unit li ġew irreġistrati għal perjodu ta' sentejn.

Il-Kunsill Mediku rċieva wkoll talba waħda u proċessaħa minn dentist Ġermaniż.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home