Search

 
News

L-orizzont - Il-Ministru tas-Sahha b’allegazzjonijiet kontra konsulenti - 19/4/2006

link to L-orizzont



Il-Ministru tas-Sahha b’allegazzjonijiet
kontra konsulenti u tobba:
Tefa’ dell ikrah biex jiddefendi ruhu
– Martin Balzan, Segretarju Generali MAM
minn Brandon Pisani


Is-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), Dr Martin Balzan, meta mitlub jikkummenta minn l-orizzont dwar l-allegazzjonijet serji li ghamel il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, f’intervista mal-gazzetta MaltaToday tal-Hadd li ghadda fil-konfront tat-tobba u konsulenti, sostna bla tlaqliq ta’ xejn : “titfax dell ikrah fuqna biex tiddefendi ruhek.”

F’din l-intervista, il-Ministru tas-Sahha allega fost diversi affarijiet li t-tort ta’ l-iffullar fl-Isptar San Luqa m’hu ta’ hadd hlief tat-tobba u konsulenti. Il-Ministru allega li l-listi ta’ stennija fl-Isptar San Luqa qeghdin jitwalu ghax konsulenti qeghdin ihallu lill-pazjenti taghhom jistennew ghal xhur shah ghall-appuntament fl-Isptar San Luqa, izda qeghdin jarawhom fil-privat f’temp ta’ ftit jiem.

Il-Ministru tas-Sahha gie rrapport jghid fil-MaltaToday li l-listi twal ta’ stennija huma “haga mill-aktar irresponsabbli u inaccettabbli.” Huwa rrefera ghal konsulenti bhala nies “bla skrupli” li qeghdin ihallu l-listi ta’ stennija jitwalu b’mod esagerat. Ghal Dr Balzan dan mhux minnu.

Hu sahaq li “l-problema ta’ l-iffullar fl-Isptar San Luqa gejja min-nuqqas ta’ hila fl-amministrazzjoni u mhux min-nuqqas tat-tobba u tal-konsulenti. Mhux sew li din il-kwistjoni tintefa’ kollha kemm hi fuq il-konsulenti biex jitpogga dell ikrah fuqhom,” sostna ma’ l-orizzont is-Segretarju Generali tal-MAM.

Minbarra dan, il-Ministru Deguara qal li kull kaz li jsir jaf bih – fejn konsulenti qeghdin jaraw pazjenti fil-privat minflok fl-Isptar San Luqa – se jkun investigat. Il-Ministru sostna li “mhux se naccetta nisma’ b’xi kaz li ghall-privat huwa urgenti, izda biex isir fl-Isptar San Luqa m’huwiex urgenti. Dan specjalment jekk ikun l-istess konsulent li jara lill-pazjent.

Se nitlob ghad-dettalji biex ninvestigaw u jien nirrapportah lill-Kunsill Mediku.” Mistoqsi biex jirreagixxi ghal dan il-kumment, Dr Martin Balzan qal lil l-orizzont li “miniex se noggezzjona li jsiru l-investigazzjonijiet”, imma zied jghid li la l-Ministru ried jitfa’ dell ikrah fuq it-tobba, se jghid x’inhi l-verità fl-Isptar.

Huwa qal li minhabba tmexxija hazina fl-amministrazzjoni ta’ l-isptar, bejn Jannar u Marzu li ghadda ma sarux numru kbir ta’ operazzjonijiet appuntu minhabba l-iffullar fis-swali. Dr Balzan qal li “l-operazzjonijiet twaqqfu minhabba li ma kienx hemm fejn tpoggi l-pazjenti wara li jsirilhom l-operazzjoni. Ghalhekk mhux sew li l-Ministru jitfa’ dell ikrah fuq it-tobba, meta l-operazzjonijiet kellhom jitwaqqfu ghal tliet xhur shah tort tat-tmexxija hazina.

Allegazzjoni ohra serja li saret mill-Ministru Deguara kienet li hemm konsulenti li qeghdin jaraw ic-caqlieqa mill-Isptar San Luqa ghal dak ta’ Mater Dei esklussivament fil-perspettiva finanzjarja halli jitolbu titjieb fil-pagi. Dwar dan, Dr Martin qal li “waqt li bhala MAM se nitolbu li t-tobba u konsulenti jinghataw hlas xieraq, se naraw ukoll li t-tobba jaghmlu dmirhom tajjeb.”

Dwar l-allegazzjoni tal-Ministru Deguara li hemm tobba li ghandhom interess partikolari li ma jmorrux iservu fl-Isptar Mater Dei ghax skond hu, dawn it-tobba huma kuntenti bis-sistema kif inhi llum ghax hemm hafna vantaggi, fosthom li fl-Isptar San Luqa m’hemmx sistema li tivverifika x’hin wiehed jidhol u johrog ghax-xoghol, Dr Balzan rega’ sostna li “din hija purament responsabbiltà ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-isptar u mhux tal-haddiema. Imma kif ghedt, biex il-Ministru jiddefendi ruhu, ipprova jitfa’ dell ikrah fuq it-tobba u fuq il-konsulenti. Dan mhux sew.”

bpisani@unionprint.com.mt




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home