Search

 
News

L-orizzont Editorjal Listi ta' Stennija - 19/4/2006

link to L-orizzont

EDITORJAL

Ipprintja Email L-Artiklu Ikkummenta

------------------------------------------------------------------------Il-listi ta’ stennija



Huwa fatt accettat li jezistu listi ta’ stennija biex isiru certi operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa. Dan il-fatt tqajjem diversi drabi. Kemm fil-Parlament kif ukoll barra.

Kien hemm okkazjonijiet fil-Parlament fejn it-Tabib Louis Deguara, Ministru tas-Sahha, iddefenda bis-shih dawn il-listi ta’ stennija. Sakemm il-Hadd li ghadda f’intervista li kellu mal-gurnal Malta Today waddab il-htija ghalihom fuq spallett konsulenti li sejhilhom irresponsabbli.

Il-Ministru Deguara kien car fl-akkuza tieghu: mhux accettabbli li kaz ikun meqjus bhala urgenti jekk il-pazjent jaghzel li jkun operat fil-privat imma mhux urgenti jekk il-pazjent ikun irid li l-operazzjoni ssirlu fl-Isptar San Luqa. Aktar u aktar jekk il-konsulent ikun l-istess wiehed.

Fic-cirkostanza ta’ akkuza bhal din l-orizzont segwa l-istorja u kkonfronta biha lill-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM). Ir-reazzjoni tal-MAM, fi kliem it-Tabib Martin Balzan, Segretarju Generali: Tefa’ dell ikrah biex jiddefendi ruhu.

Fejn tinsab il-verità? Ejjew ma ninhbewx wara subghajna. Dak li qal il-Ministru Deguara tisimghu spiss. Min-naha l-ohra jidher car ukoll li l-Ministru Deguara sab paraventu komodissimu biex warajh jahbi nuqqasijiet “min-naha tieghu” li wkoll jistghu jahtu ghal tali sitwazzjoni.

Mhux facli ssib pazjenti li jkunu lesti jersqu ’l quddiem biex jghidu dak li l-Ministru Deguara akkuza bih. Min se jlumhom lil dawk li ma jkunux lesti jersqu ’l quddiem? Min se jkun lest idendel il-gongol m’ghonq il-qattus?

Lura ghal “sehem il-Ministru” f’din is-sitwazzjoni. Allura min-naha ta’ l-awtoritajiet ta’ l-isptar m’hemmx x’jigi rrangat biex ticcekken kemm jista’ jkun il-possibbiltà ta’ abbuz li akkuza bih il-Ministru Deguara?

Dak li hu ta’ dwejjaq fi kliem il-Ministru Deguara huwa li filwaqt li jiddikjara li lest jiehu passi kontra konsulenti li allegatament jabbuzaw, il-punt tat-tluq tieghu huwa: gibuli d-dettalji u nagixxi. Xi haga li l-Ministru Deguara jaf ferm tajjeb hi li ftit hemm tama li se jkollu.

Sadattant il-Ministru Deguara ggarantixxa li l-anomalija li l-listi ta’ stennija tkun f’idejn il-konsulenti se titnehha. Nistennew u naraw.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home