Search

 
News

22nd April - Memorial service - Dr Paul Cassar - 7.30 pm - 22/4/2006

It-Tabib Pawlu Cassar
PhC, BSc, MD, DPM, FRHistS(Lond)
29.06.1914-15.01.2006

Pawlu Cassar twieled iż-Żejtun minn familja mill-Isla u ġie jgħix Ħal Balzan fl-1965.

Studja l-Liċeo u l-Università Rjali ta’ Malta minn fejn ħa l-Ph.C. fl-1936, il-B.Sc. fl-1937 u l-M.D. fl-1940.

L-ewwel snin tal-karriera tiegħu, fi żmien il-gwerra, għaddiehom l-Isptar tal-Moħħ u mbagħad mar l-Ingilterra biex ikompli jistudja l-psikjatrija f’diversi istituzzjonijiet u sptarijiet. Meta ġie lura baqa’ jipprattika l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu fl-Isptar tal-Moħħ u fl-1964 inħatar konsulent psikjatra fid-Dipartiment tas-Saħħa. Fl-istess żmien hu kien konsulent onorarju tal-Kennedy Memorial Child Guidance Clinic u wkoll lekċerer fil-psikjatrija klinika fl-Università Rjali ta’ Malta.

Sa minn kmieni ntefa’ biex jirriċerka l-istorja tal-mediċina f’pajjiżna u x-xogħol tiegħu The Medical History of Malta, ippubblikat fl-1965, qiegħed fuq sisien sodi u xjentifiċi din il-fergħa ta’ studji li tagħha tista’ tgħidkien pijunier. Il-pubblikazzjoni ngħatat għarfien internazzjonali u l-Università Rjali ta’ Malta għamlitu honorary fellow tagħha għal dan l-istudju. Fl-1984 l-istess università tatu l-grad D.Litt. (Honoris causa). Cassar kien membru ta’ diversi soċjetajiet storiċi internazzjonali u lokali, u wkoll president tal-British Medical Association (Malta Branch) fl-1966. Kien membru fundatur, fl-1971, tar-Royal College of Psychiatrists. Fl-1995 hu nħatar Cross Commander ta’ l-Ordni Militari Sovran ta’ San Ġwann u fl-istess sena kien onorat mill-Gvern Malti bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Fl-1999 ingħata Ġieħ Ħal Balzan.

Cassar kiteb għadd kbir ta’ artikoli u kotba fuq l-istorja medika, fuq tobba Maltin li għamlu isem u anki fuq temi storiċi. Kitbiet tiegħu kienu ppublikati f’rivisti xjentifiċi ta’ fama internazzjonali.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home