Search

 
News

PQ - Surgical Waiting lists at SLH - 6/5/2006

link to PQ

Titlu: Sptarijiet - Operazzjonijiet

L-Onorevoli LEO BRINCAT
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):


Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16428, 17109 u 17529 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Tweġiba:


L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja hawn taħt:

Dipartiment Numru ta' Pazjenti L-iktar Stennija
Kirurġija Ġenerali 1595 Sentejn u nofs
Uroloġija 420 Ħdax-il xahar
Newrokirurġija 19 Xahrejn
Kirurġija Plastika 136 Sena u nofs
Kirurġija tat-tfal 246 Tmien xhur
ENT 296 Ħames xhur
Ġinekoloġija 369 Tliet xhur
Oftalmoloġija 3570 Sentejn u nofs
Ortopedija 6650 Erba' snin
Kirurġija tal-Qalb 25 Sitt ġimgħat
Dentistrija 52 Tliet xhur


Nixtieq inżid li l-emerġenzi jsiru minnufih u l-urġenti f'qasir żmien. L-operazzjonijiet iż-żgħar u mhux urġenti jsiru meta jkun hemm ħin għalihom.

Għalkemm l-iktar żmien ta' stennija huwa ndikat, dan jiddependi skond id-domanda għall-Konsulenti partikolari.

Nixtieq ngħid ukoll li fix-xhur tax-xitwa l-operazzjonijiet mhux urġenti jitnaqsu minħabba s-sitwazzjoni tas-sodod fl-Isptar San Luqa.


Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home