Search

 
News

MAM meets Dr Alfred Sant - L-orizzont - 2/6/2006

link to L-orizzont
Gvern Laburista jaghti tmexxija partecipattiva
lill-qasam tas-sahha – Alfred Sant



Il-Mexxej tal-Partit Laburista, Alfred Sant, qal li Gvern Laburista jimxi b’politika ta’ tmexxija partecipattiva fil-qasam tas-sahha, fejn il-protagonisti kollha jkollhom sehem fit-tfassil u fit-twettiq tad-decizjonijiet li jittiehdu.


Il-bierah, il-Partit Laburista kompla bil-laqghat li qieghed ikollu ma’ ghaqdiet u assocjazzjonijiet. Waqt laqgha ma’ delegazzjoni mill-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), dwar l-abbozz ta’ pjan Laburista, ‘Poplu b’sahhtu Pajjiz b’sahhtu’, Alfred Sant qal li anki fil-qasam tas-sahha, l-Partit Laburista jemmen li waqt li dak li ghandu jsir huwa importanti, daqstant iehor huwa importanti kif isiru l-affarijiet.

Il-Partit Laburista jirrikonoxxi l-problemi enormi li jezistu biex il-qasam tas-sahha jibqa’ wiehed vijabbli. Fost l-ohrajn, il-Mexxej Laburista semma l-problemi tal-‘waiting lists’ dejjem jitwalu u l-problema tan-nuqqas ta’ medi-cini li izda qeghdin jibqghu dejjem joghlew.

Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista mhux jikkonsidra li ghandu jkun hemm xi servizzi bi hlas fis-sistema tas-sahha pubblika. Zied li fost il-problemi l-kbar fil-qasam tas-sahha hemm it-tmexxija ta’ l-isptar f’Tal-Qroqq u l-htiega ta’ impenn ikbar fil-qasam tal-kura primarja.

Il-Partit Laburista jemmen li t-tobba, flimkien ma’ professjonisti ohrajn fil-qasam tas-sahha, ghandhom ikunu protagonisti biex jinstabu soluzzjonijiet ghal dawn il-problemi. Ma jistax ikun li l-qasam tas-sahha jitmexxa b’xi sistema fejn il-gvern jiddetta izda l-affarijiet iridu jsiru fi shubija bejn dawk kollha involuti.

Min-naha tieghu, il-President ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija, Dr Stephen Fava, qal li wahda mill-problemi kbar li ghandu llum il-qasam tas-sahha, u li tista’ tiggrava fil-futur, hija dik li iktar tobba Maltin u Ghawdxin qeghdin imorru jahdmu barra l-pajjiz, l-aktar fir-Renju Unit. Dr Fava qal li din il-problema tista’ tkompli tiggrava, ghax l-Ingilterra huwa l-pajjiz fejn l-aktar li qeghdin imorru jahdmu tobba Maltin u Ghawdxin.

Dr Fava qal li n-nuqqas ta’ tobba jkompli jaghmel iktar serji l-problemi tal-‘waiting lists’ u l-problemi tac-Centri tas-Sahha. Il-President tal-MAM qal li huma jikkunsidraw bhala pozittiv il-fatt li l-Partit Laburista qieghed jiltaqa’ maghhom biex jitkellmu dwar il-qasam tas-sahha. Hu qal li l-Assocjazzjoni temmen, bhall-Partit Laburista, li n-nefqa fil-qasam tas-sahha mhijiex spiza izda investiment.

Dwar il-problema tat-tobba li qeghdin imorru jahdmu barra minn pajjizna, il-Mexxej Laburista qal li matul is-snin il-livell ta’ kura medika f’pajjizna baqa’ tajjeb u li naqas kien il-livell tas-servizzi moghtijin. Izda hemm ir-riskju li jekk se jkunu qeghdin jonqsu l-professjonisti fil-qasam tas-sahha, jista’ jintlaqat ukoll il-livell tal-kura medika.

Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll il-Kelliem Ewlieni Laburista ghas-Sahha Michael Farrugia u s-Segretarju Generali Jason Micallef.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home