Search

 
News

L-orizzont on Health Centres - 18/6/2006

link to L-orizzont

Il-MAM tikkonsidra mizuri
godda ghac-Centri tas-Sahha:
50 tabib ghal xoghol ta’ 120
minn Victor Vella



Is-seba’ Centri tas-Sahha f’Malta li jinsabu fir-Rabat, il-Mosta, Rahal il-Gdid, Bormla, il-Floriana, Hal Qormi u l-Gzira qeghdin f’sitwazzjoni kritika ghall-ahhar. Minn madwar 120 tabib li hemm bzonn biex dawn ic-centri tas-sahha joperaw u jaghtu servizz tajjeb lill-poplu, bhalissa it-tobba jahdmu f’dawn ic-centri nizlu ghal inqas minn 50. Dan qieghed johloq problemi kbar f’dawn ic-centri kemm ghat-tobba stess li qeghdin ikollhom pressjoni kbira ta’ xoghol kif ukoll ghall-pazjenti li jmorru ghall-kura f’dawn ic-centri.

Is-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), it-tabib Martin Balzan, f’kummenti lil l-orizzont iddeskriva s-sitwazzjoni fic-centri tas-sahha bhala ‘wahda kritika’. Il-MAM talbet laqgha ma’ l-awtoritajiet tas-sahha u qed tikkonsidra li jittiehdu mizuri godda fil-konfront tal-problemi konsegwenza tan-nuqqas ta’ tobba fic-centri.

Is-sitwazzjoni kritika, kif deskritta mill-MAM, gejja mill-fatt li t-tobba qeghdin jitilqu mic-centri tas-sahha u dan qieghed izid il-pressjoni fuq it-tobba li ghadhom jahdmu fl-istess centri. It-tobba qeghdin jilmentaw li hemm pressjoni kbira ta’ xoghol fuqhom, fejn tlett minuti u erba’ minuti ghall-pazjent m’humhiex bizzejjed biex huma jaghmlu l-analizi medika kif mehtieg. Apparti dan in-nuqqas ta’ investiment fic-centri tas-sahha kemm f’apparat kif ukoll affarijiet ohrajn medici, flimkien ma’ nuqqas ta’ medicini mill-ispizeriji ta’ dawn ic-centri, qeghdin ikomplu jzidu t-tgergir u t-tensjoni fost dawk li jattendu ghall-kura fic-centri tas-sahha. l-orizzont tkellem ma’ ghadd ta’ tobba mic-centri tas-sahha fuq il-problemi li qeghdin jiffaccjaw. Dawn qalulna li “l-pressjoni ta’ xoghol li hawn fuqna hi enormi. It-tobba dejjem jonqsu mic-centri. Ma jistax ikun li taghmel xoghlok sew b’din il-pressjoni kollha. Gieli qeghdin ikollna naraw xi 60 jew 70 pazjent. Il-Gvern jidher bic-car li m’hux impenjat li jtejjeb dawn ic-centri. L-investiment fihom nixef ukoll u dejjem irridu naraw kif inqanqcu.

Daqqa ma jkunx hemm it-tali medicina, apparat ma jahdimx u nuqqas ta’ apparat. F’dawn il-kundizzjonijiet qeghdin nahdmu. Nistghu nghidu li l-ammont ta’ nies li jigu c- centri jidher li qieghed jonqos, izda meta tikkunsidra kemm hemm tobba fic-centri u kemm imorru nies, tara li qeghdin naqdu ammonti kbar ta’ pazjenti.”

Mistoqsijin dwar x’futur jaraw ghal dawn ic-centri, it-tobba sostnew li “wasal iz-zmien li jittiehdu mizuri godda. Il-Gvern xi snin ilu kien ha mizuri fejn waqqaf is-servizz bil-lejl u li xi centri tas-sahha jaghtu servizz ta’ tabib sal-5.00 ta’ fil-ghaxija u sas-1.00 ta’ wara nofs in-nhar biss. Bil-mod kif naqsu t-tobba ma jistax ikun li nibqghu nahdmu dawn il-hinijiet. Wasal iz-zmien li jew jitnaqqsu aktar il-hinijiet, jew inkella centri tas-sahha li jinsabu fil-vicinanzi ta’ l-isptar bhall-Furjana, Gzira u Hal Qormi jinghalqu jew jibdew joffru servizz ristrett. Trid tqis li dawn ic-centri, peress li m’humhiex boghod mill-isptar San Luqa, hafna nies ma juzawhomx ghax imorru direttament l-isptar.”

Id-diskussjonijiet dwar ‘mizuri godda fic-centri tas-sahha’ qeghdin isiru kwazi sena wara li kienet ittiehdet id-decizjoni li s-servizz mill-Bereg ta’ l-irhula jibda jinghata biss lil dawk li jaghmlu appuntament.

l-orizzont tkellem mas-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija, it-tabib Martin Balzan. Hu sostna li “c-centri tas-sahha jinsabu f’qaghda kritika. It-tobba hemmhekk issa nizlu ghal taht il-50. Bhala MAM qeghdin niddiskutu din is-sitwazzjoni u naraw x’mizuri jistghu jittiehdu f’dan il-qasam. Il-gimgha d-diehla se jkollna laqgha ma’ l-awtoritajiet tas-sahha biex nitkellmu fuq il-mizuri li hemm bzonn jittiehdu”.

Intant minn twegiba Parlamentari ghall-mistoqsija mid-Deputat Laburista, Michael Farrugia, jirrizulta li meta wiehed iqabbel l-attendenzi fic-centri tas-sahha bejn is-sena 1999 u s-sena 2005 wiehed isib li l-attendenzi naqsu.

Naraw li fis-sena 1999 fic-centru tas-sahha tal-Furjana attendew 73,787 persuna waqt li fis-sena 2005 dawn nizlu ghal 65,999, tnaqqis ta’ 7,788 persuna.

F’Hal Qormi minn 62,612 persuna fis-sena 1999, fis-sena 2005 attendew 41,027 persuna, tnaqqis ta’ 21,585 persuna.

Fic-centru tas-sahha tal-Gzira il-pazjenti naqsu b’11,531 u minn 52,935 persuna fis-sena 1999, fis-sena 2005 attendew 41,404.

Rigward Rahal il-Gdid l-ammont ta’ persuni li marru ghall-kura fic-centru tas-sahha naqas bi 32,385 biex minn 128,884 fl-1999, fis-sena 2005 marru 96,499 persuna.

Ic-centru tas-sahha tal-Mosta baqa’ bl-istess ammont ta’ pazjenti u minn 83,380 fis-sena 1999, is-sena li ghaddiet l-ammont baqa’ fuq l-istess livell b’83,343.

Fic-centru tas-sahha tar-Rabat kien hemm tnaqqis ta’ 12,613 persuna. Fis-sena 1999 marru f’dan ic-centru 43,336 persuna u fis-sena 2005 marru 30,723 persuna.

F’Bormla kien hemm tnaqqis ta’ 6,152 persuna. Minn 36,504 pazjent fis-sena 1998, fis-sena 2005 fic-centru tas-sahha ta’ Bormla marru 30,352.

Ta’ min jghid li f’intervista li s-Supretendent ta’ l-Isptar, it-tabib Frank Bartolo kien ta lil l-orizzont hu kien qal li jikkalkulaw li bejn 30 u 33 fil-mija ta’ l-kazi li jmorru fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, setghu inqdew billi marru ghand tabib privat jew mic-centri tas-sahha. Hu kien qal li dawk li joqghodu fl-akkwati ta’ l-isptar, jigifieri fic-centru ta’ Malta, jippreferu li jmorru l-isptar milli fic-centru tas-sahha.

Meta mistoqsi jekk ic-centri tas-sahha li huma eqreb lejn l-isptar, fosthom tal-Floriana u l-Gzira m’hux qeghdin ikunu sfruttati mija fil-mija mill-pubblika, Frank Bartolo qal li “hekk hu. Il-pubbliku qatt ma sfrutta dawn iz-zewg centri tas-sahha mija fil-mija”. Frank Bartolo kien qal li ma jaqbilx li jinghalqu dawn ic-centri tas- sahha.





 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home