Search

 
News

Orizzont reports on MAM plans at Health Centres - 29/6/2006

link to l-orizzont


Mhux eskluzi azzjonijiet fic-Centri tas-Sahha
minn Victor Vella


Il-problema tan-nuqqas kbir ta’ tobba fic-Centri tas-Sahha, fejn minn 120 tabib ghas-seba’ centri tas-sahha, dawn nizlu ghal inqas minn 50 tabib, issa qieghda tistenna decizjoni mill-Ministeru tas-Sahha dwar proposti li l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) ghamlet lill-Gvern waqt laqgha li saret fl-ahhar jiem. Il-MAM qieghda taghmilha cara li jekk il-Gvern jaghti risposta negattiva fuq il-proposti li hi ghamlet, il-MAM ma teskludix li tiehu azzjonijiet industrijali fic-Centri tas-Sahha.


Is-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), Dr. Martin Balzan, sostna ma’ l-orizzont li “kellna laqgha mad-Direttur Generali fuq il-problemi li hemm fic-centri tas-sahha minhabba n-nuqqas ta’ tobba. Bhala MAM ipprezentajna il-proposti taghna u issa qeghdin naghtu cans lill-Gvern biex jevalwa dawk il-proposti u jaghtina decizjoni dwarhom. M’ghamilniex ultimatum lill-Gvern izda f’mohhna ghandna data ta’ meta qeghdin nistennew li l-Gvern ghandu jaghtina r-risposta dwar il-proposti taghna.” Il-MAM qieghda tqis is-sitwazzjoni fic-centri tas-sahha bhala “wahda kritika”.

Meta mistoqsi dwar il-proposti, Dr. Balzan, qalilna li “ma nistax nizvela dawn il-proposti ghalissa. Irridu nistennew ir-risposta tal-Gvern”. Meta mistoqsi jekk il-proposti jfissrux l-gheluq ta’ xi centri tas-sahha jew inkella tnaqqis fil-hin li fih ikun hemm it-tabib, Dr. Balzan, qal li “ma nistax nikkummenta fuq dan”.

Is-Segretarju Generali tal-MAM ghamilha cara li jekk il-Gvern jaghti risposta negattiva lill-MAM fuq il-proposti li ghamlet, allura ma jkunx hemm triq ohra ghajr li l-MAM tikkunsidra x’passi ghandha tiehu hi biex tissalvagwardja kemm l-interessi tat-tobba kif ukoll l-interessi tal-pazjenti. Dr. Martin Balzan enfasizza li “ma neskludux li niehdu azzjonijiet industrijali f’kaz li l-proposti ma jigux milqugha.”

Tobba mic-centri tas-sahha f’kummenti li kienu taw lil l-orizzont kienu qalu li “l-pressjoni ta’ xoghol li hawn fuqna hi enormi. It-tobba dejjem jonqsu mic-centri. Ma jistax ikun li taghmel xoghlok sew b’din il-pressjoni kollha. Gieli qeghdin ikollna naraw xi 60 jew 70 pazjent. Il-Gvern jidher bic-car li m’hux impenjat li jtejjeb dawn ic-centri. L-investiment fihom nixef ukoll u dejjem irridu naraw kif inqancu. Daqqa’ ma jkunx hemm it-tali medicina, apparat ma jahdimx u nuqqas ta’ apparat. F’dawn il-kundizzjonijiet qeghdin nahdmu. Nistghu nghidu li n-nies li jigu c-centri jidher li qieghed jonqos, izda meta tikkunsidra kemm hemm tobba fic-centri u kemm imorru nies, tara li qeghdin naqdu ammonti kbar ta’ pazjenti.”

Sostnew li “wasal iz-zmien li jittiehdu mizuri godda. Il-Gvern xi snin ilu kien ha mizuri li waqqaf is-servizz bil-lejl u li xi centri tas-sahha jaghtu servizz ta’ tabib sal-5.00 ta’ fil-ghaxija u sas-1.00 ta’ wara nofsinhar biss. Bil-mod kif naqsu t-tobba ma jistax ikun li nibqghu nahdmu dawn il-hinijiet. Wasal iz-zmien li jew jitnaqqsu aktar il-hinijiet, jew inkella centri tas-sahha li jinsabu fil-vicinanzi ta’ l-isptar bhall-Furjana, Gzira u Hal Qormi jinghalqu jew jibdew joffru servizz ristrett. Trid tqis li dawn ic-centri peress li m’humiex boghod mill-isptar San Luqa, hafna nies ma juzawhomx ghax imorru direttament l-isptar.”

Id-diskussjonijiet dwar “mizuri godda fic-centri tas-sahha” qeghdin isiru kwazi sena wara li kienet ittiehdet id-decizjoni li s-servizz mill-Bereg ta’ l-irhula jibda jinghata biss lil dawk li jaghmlu appuntament.

Intant minn twegiba Parlamentari ghall-mistoqsija mid-Deputat Laburista, Michael Farrugia, jirrizulta li meta wiehed iqabbel l-attendenzi fic-centri tas-sahha bejn is-sena 1999 u s-sena 2005 wiehed isib li l-attendenzi naqsu.

Ta’ min jghid li f’intervista li s-Supretendent ta’ l-Isptar, it-tabib Frank Bartolo kien ta’ lil l-orizzont hu kien qal li jikkalkulaw li bejn 30 u 33 fil-mija ta’ l-kazi li jmorru fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, setghu inqdew billi marru ghand tabib privat jew mic-centri tas-sahha. Hu kien qal li dawk li joqghodu fl-akkwati ta’ l-isptar, jigifieri fic-centru ta’ Malta, jippreferu li jmorru l-isptar milli fic-centru tas-sahha.

Meta mistoqsi jekk ic-centri tas-sahha li huma eqreb lejn l-isptar, fosthom tal-Furjana u l-Gzira mhux qeghdin ikunu sfruttati mija fil-mija mill-pubblika, Frank Bartolo qal li “hekk hu. Il-pubbliku qatt ma sfrutta dawn iz-zewg centri tas-sahha mija fil-mija”. Frank Bartolo kien qal li ma jaqbilx li jinghalqu dawn ic-centri tas-sahha.

victorvella2002@yahoo.com




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home