Search

 
News

Tobba mhux jiffirmaw certifikati lit-turisti - 11/8/2006

link to L-orizzont

Tobba mhux jiffirmaw certifikati lit-turisti
minn Victor Vella


It-tobba kollha li jahdmu fl-Isptar San Luqa bhalissa mhux jiffirmaw certifikati ghall-ivvjaggar lit-turisti, li jkunu ghamlu xi jiem rikoverati fl-isptar. Din hi parti minn direttiva li nharget mill-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) wara li l-Ministeru tas-Sahha kien lest jibda juza d-dixxiplina mat-tobba u jiehu passi kontrihom jekk ma jiffirmawx dawn ic-certifikati.

It-tobba qeghdin iqisu li dawn ic-certifikati jistghu jinhargu minn ditti privati li jimpjegaw tobba u mhux isiru mit-tobba ta’ l-isptar li digà huma “mghaffgin” bix-xoghol. Minbarra dan qieghda titqajjem il-kwistjoni tar-responsabbilità jekk it-turist li jkun sarlu certifikat f’Malta jigrilu xi haga waqt it-titjira lura lejn pajjizu. Il-MAM tat direttiva lit-tobba biex ma jigux iffirmati certifikati lit-turisti, bil-ghan li jibdew diskussjonijiet fuq din il-kwistjoni.

Sorsi qrib l-Isptar San Luqa sostnew ma’ l-orizzont li fl-ahhar jiem it-tobba kienu qeghdin jirrifjutaw li jiffirmaw certifikati ghall-ivvjaggar ghal turisti li jkunu ghamlu xi zmien ghall-kura fl-Isptar San Luqa. L-istess sorsi sostnew li meta turist jaghmel xi jiem fl-isptar, irid ikun hemm certifikat ta’ l-ivvjaggar minn tabib biex dan ikun jista’ jmur lura. Il-kwistjoni nqalghet minhabba l-kwistjoni tar-responsabbilità li hemm f’kaz li l-pazjenti bic-certifikati jigrilhom xi haga fuq l-ajruplan.

Is-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), it-tabib Martin Balzan, meta kkuntattjat minn l-orizzont kkonferma li nharget direttiva biex ic-certifikati tat-turisti ma jigux iffirmati mit-tobba.

It-Tabib Balzan qal li “tajna din id-direttiva ghax il-Ministeru tas-Sahha ried jibda juza d-dixxiplina fuq it-tobba li ma jiffirmawx ic-certifikati. Dawn riedu li min ma jiffirmax ic-certifikat ta’ turist jigi dixxiplinat.

“Din ghalina mhix accettabbli u tajna direttiva biex l-ebda tabib fl-isptar ma jiffirma certifikati lit-turisti. Irrid nghid li l-pazjenti li se jsiefru barra minn Malta ghall-kura huma eskluzi mid-direttiva”.

Is-Segretarju Generali tal-MAM, zied jghid li “ahna nhossu li c-certifikati lit-turisti ghandhom jigu ffirmati minn kumpaniji li maghhom jimpjegaw tobba u mhux mit-tobba ta’ l-isptar. Minbarra dan hemm il-punt l-iehor tar-responsabbilità jekk l-anzjan li jkollu c-certifikat jigrilu xi haga fuq l-ajruplan. F’dan il-kaz ir-responsabbilità taqa’ fuq it-tabib li jkun iffirma c-certifikat.”

Hu sostna li tajna d-direttiva biex jinbdew diskussjonijiet malajr kemm jista’ jkun biex tinholoq sistema fuq ic-certifikati ghat-turisti.

victorvella2002@yahoo.com



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home