Search

 
News

L-Assocjazzjoni Medika Maltija tista’ tirrikorri ghal azzjonijiet industrijali: - 11/8/2006

link to L-orizzont

L-Assocjazzjoni Medika Maltija tista’
tirrikorri ghal azzjonijiet industrijali:
Ultimatum dwar ic-Centri tas-Sahha
minn Victor Vella


Il-Gvern ghandu sa l-ahhar tax-xahar cans biex jaghti risposta lill-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) fuq il-proposti li hi ghamlet dwar ic-centri tas-sahha, liema centri bhalissa qeghdin jitmexxew minn 50 tabib biss meta suppost hemm 120 tabib. Il-MAM qieghda tqis is-sitwazzjoni fic-centri tas-sahha bhala wahda “kritika” u ghalhekk trid li tittiehed azzjoni mill-Gvern biex tissalvagwardja l-interessi tat-tobba u tal-pazjenti.

Id-diskussjonijiet bejn il-MAM u l-Gvern ilhom ghaddejjin ghal dawn l-ahhar gimghat u ghalkemm hemm xi punti li jidher li z-zewg nahat qeghdin jaqblu fuqhom, jidher li hemm punti ohrajn li fuqhom ghad m’hemmx qbil.

Is-Segretarju Generali tal-MAM, it-tabib Martin Balzan, f’kumment lil l-orizzont qal li “tajna ultimatum lill-Gvern sa l-ahhar tax-xahar. Jekk sa dak in-nhar ma tkunx instabet soluzzjoni, allura ma jkollniex triq ohra ghajr dik li nmorru ghal azzjonijiet industrijali. Ma jistax ikun li l-affarijiet jibqghu jitwalu fuq ic-centri tas-sahha.”



Xi jiem ilu l-orizzont zvela kif l-Assocjazzjoni Medika Maltija kienet ghamlet proposti fuq kif ghandhom jitmexxew ic-centri tas-sahha, proposti li saru fid-dawl tad-diffikultajiet li hemm fl-istess centri konsegwenza tan-nuqqas kbir ta’ tobba, fejn dawn nizlu ghal inqas minn 50 fil-mija minn kemm hemm bzonn tobba f’dawn l-istess centri.

Meta l-orizzont kien staqsa lil Dr. Balzan dwar il-proposti li huma ghamlu hu qalilna li “ma nistax nizvela dawn il-proposti ghalissa. Irridu nistennew ir-risposta tal-Gvern”. Meta mistoqsi jekk il-proposti jfissrux l-gheluq ta’ xi centri tas-sahha jew tnaqqis fil-hin li fih ikun hemm it-tabib, Dr. Balzan, qal li “ma nistax nikkummenta fuq dan”.

Is-Segretarju Generali tal-MAM kien ghamilha cara li jekk il-Gvern jaghti risposta negattiva lill-MAM fuq il-proposti li ghamlet, huma ma jkollhomx triq ohra ghajr li l-MAM tikkonsidra x’passi ghandha tiehu hi biex tissalvagwardja kemm l-interessi tat-tobba kif ukoll l-interessi tal-pazjenti. Dr. Martin Balzan enfasizza li “ma neskludux li niehdu azzjonijiet industrijali f’kaz li l-proposti ma jigux milqugha.”

Tobba mic-centri tas-sahha f’kummenti li kienu taw lil l-orizzont kienu qalu li “l-pressjoni ta’ xoghol li hawn fuqna hi enormi. It-tobba dejjem jonqsu mic-centri. Ma jistax ikun li taghmel xoghlok sew b’din il-pressjoni kollha. Gieli qeghdin ikollna naraw xi 60 jew 70 pazjent. Il-gvern jidher bic-car li mhux impenjat li jtejjeb dawn ic-centri. L-investiment fihom nixef ukoll u dejjem irridu naraw kif inqancu.

“Daqqa ma jkunx hemm it-tali medicina, apparat ma jahdimx u nuqqas ta’ apparat. F’dawn il-kundizzjonijiet qeghdin nahdmu. Nistghu nghidu li n-nies li jigu c-centri jidher li qieghed jonqos, izda meta tikkonsidra kemm hemm tobba fic-centri u kemm imorru nies, tara li qeghdin naqdu ghadd kbir ta’ pazjenti.”

Sostnew li “wasal iz-zmien li jittiehdu mizuri godda. Il-Gvern xi snin ilu kien ha mizuri li waqqaf is-servizz bil-lejl u li xi centri tas-sahha jaghtu servizz ta’ tabib sal-5.00 p.m. u sas-1.00 p.m. biss. Bil-mod kif naqsu t-tobba ma jistax ikun li nibqghu nahdmu dawn il-hinijiet. Wasal iz-zmien li jew jitnaqqsu aktar il-hinijiet, jew inkella centri tas-sahha li jinsabu fil-vicinanzi ta’ l-isptar bhall-Floriana, Gzira u Hal Qormi jinghalqu jew jibdew joffru servizz ristrett. Trid tqis li dawn ic-centri peress li m’humiex boghod mill-isptar San Luqa, hafna nies ma juzawhomx ghax imorru direttament l-isptar.”

Intant minn twegiba Parlamentari ghall-mistoqsija mid-Deputat Laburista, Michael Farrugia, jirrizulta li meta wiehed iqabbel l-attendenzi fic-centri tas-sahha bejn is-sena 1999 u s-sena 2005 wiehed isib li l-attendenzi naqsu.

Ta’ min jghid li f’intervista li s-Supretendent ta’ l-Isptar, it-tabib Frank Bartolo kien ta lil l-orizzont hu kien qal li jikkalkulaw li bejn 30 u 33 fil-mija ta’ l-kazi li jmorru fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, setghu inqdew billi marru ghand tabib privat jew mic-centri tas-sahha. Hu kien qal li dawk li joqoghdu qrib l-isptar, jigifieri fic-centru ta’ Malta, jippreferu li jmorru l-isptar milli fic-centru tas-sahha.

Meta mistoqsi jekk ic-centri tas-sahha li huma eqreb lejn l-isptar, fosthom tal-Furjana u l-Gzira m’hux qeghdin ikunu sfruttati mija fil-mija mill-pubblika, Frank Bartolo qal li “hekk hu. Il-pubbliku qatt ma sfrutta dawn iz-zewg centri tas-sahha mija fil-mija”. Frank Bartolo kien qal li ma jaqbilx li jinghalqu dawn ic-centri tas-sahha.





 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home