Search

 
News

MAM actions as reported in the media - Times / Orizzont - 29/8/2006

The Times

link to The Times

Directives to doctors
New admissions ward remains closed
Cynthia Busuttil


The new admissions ward at St Luke's Hospital remained closed yesterday after directives by the Medical Association of Malta stopped it from opening as was planned. Photo: Chris Sant Fournier


The hospital's new Medical Admissions Ward, which was expected to start operating yesterday, is likely to remain closed today as the Medical Association of Malta showed no intention of lifting its directive to doctors not to admit patients.

Ray Xerri, acting director general of health, said MAM had no right to get involved in an administrative process and did not rule out legal action by the health authorities.

The association issued the directives because it was not consulted over the move and because it believes that operating the new ward would require additional staff when human resources at the hospital are already stretched.

The issue is likely to be discussed today during a meeting with the hospital authorities on a different issue, MAM general secretary Martin Balzan said.

Speaking during a press conference yesterday afternoon, Dr Xerri said "the competent people" within the hospital had been consulted over the new ward.

Department of Medicine chairman Alfred Caruana Galizia said the lack of doctors should not have had a bearing on whether the new ward should open because the number of admissions would remain unchanged.

Hospital superintendent Frank Bartolo said that opening the ward would actually facilitate doctors' work since patients would be gathered in one place rather than be scattered in different wards.

Dr Balzan insisted, however, that solutions to the manpower problem needed to be found. Although there were a number of new graduates, there were few doctors at a decision-making level as well as a shortage of those manning the emergency services.

He said the new ward would be more labour intensive and there was a need for more experienced doctors. The problem of overcrowding could only be tackled by addressing the 80 or so social cases.
------------------------------------------------------------

link to l-orizzont
Sala f’nofs dizgwid bejn l-Isptar u t-tobba



Sala li kellha tinfetah il-bierah fl-Isptar San Luqa biex tilqa’ fiha pazjenti li jkunu ghadhom kemm dahlu fl-isptar spiccat biex ma nfethitx minhabba dizgwid bejn l-ufficjali li jmexxu l-isptar u l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) li tirrapprezenta lit-tobba.

Waqt li l-amministrazzjoni ta’ l-isptar qieghda tghid li l-MAM ma tistax tindahlilha kif tmexxi l-isptar, l-unjin tat-tobba qieghda ssostni li bil-ftuh ta’ din is-sala l-kundizzjonijiet tax-xoghol tat-tobba nbidlu u allura kellha ssir konsultazzjoni diretta maghha.

Ghalkemm kapaci tilqa’ 21 sodda, il-hsieb ta’ l-amministrazzjoni huwa li din takkomoda 14-il pazjent biex tkun tista’ taghti servizz bin-numru ta’ tobba u infermieri li ghandha. L-istaff ghal din is-sala kien mistenni jkun ta’ 13.

Kien proprju nhar il-Hadd li l-MAM informat lill-amministrazzjoni ta’ l-Isptar San Luqa li hija kienet tat struzzjonijiet lit-tobba biex ma jahdmux fis-sala. Ghalhekk il-bierah l-amministrazzjoni ta’ l-isptar sejhet lill-gurnalisti biex tispjegalhom ghaliex is-sala mhux se tinfetah.

Dr Raymond Xerri, Agent Direttur Generali fl-Isptar San Luqa, qal li minbarra li l-MAM informathom li kienet qieghda taghti direttiva lit-tobba biex ma jahdmux fis-sala, l-unjin tathom ukoll struzzjonijiet biex jekk ikun hemm xi pazjenti ma jaghtuhomx kura.

“Dan ma naccettahx. Il-MAM m’ghandha l-ebda dritt li tindahal fix-xoghol tal-management”, huwa sostna.

Il-Professur Alfred Caruana Galizia, Cermen tad-Dipartiment tal-Medicina, qal li l-iskop ewlieni tas-sala huwa biex fiha tilqa’ pazjenti halli jsirulhom testijiet ta’ malajr minflok ma dawn jitpoggew fil-kuriduri.

Is-sala hija ntiza wkoll biex fiha jiddahhlu pazjenti li ghalkemm ikollhom mard serju dan ma jkunx gravi u allura ma jkunx hemm bzonn jintbaghtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) jew dik maghrufa bhala High Dependency Unit imma minflok jaghmlu tlett ijiem f’din is-sala sakemm il-kundizzjoni tkun stabilizzata.

Il-Professur Caruana Galizia kompla li l-pazjenti li bil-ftuh ta’ din is-sala n-numru ta’ pazjenti fl-isptar m’humiex se jizdiedu ghax flok jitpoggew fil-kuriduri jitqeghdu f’sala wahda.

Is-Supretendent ta’ l-Isptar San Luqa, Dr Frank Bartolo, qal li l-ftuh ta’ din is-sala kienet ilha mahsuba x-xhur u ma nfethitx qabel ghax ma kienx hemm infermieri bizzejjed biex jaghtu kura lil dawk jitpoggew fiha.

Huwa cahad li ma nformawx lill-MAM bil-ftuh ta’ din is-sala u sostna li ghamlu hekk permezz ta’ l-“intra-net”, sistema ta’ kommunikazzjoni interna fl-isptar, waqt li cahad ukoll li x-xoghol ghat-tobba se jizdied billi bhall-Professur Caruana Galizia sostna li flok fil-kuriduri whud mill-pazjenti kienu se jitpoggew f’din is-sala.

Dr Bartolo qal li bhala l-unika sptar generali fil-pajjiz huma ma jistghu qatt jirrifjutaw pazjent u ghalhekk jekk ma jkunx hemm wisa’ dan ikollu joqghod fil-korsiji (kuriduri).

Mistoqsi minn dan il-gurnal kemm hemm pazjenti fil-kuriduri bhalissa, is-Supretendent ta’ l-isptar qal li tmint ijiem ilu kienet se taghtih rasu meta dahal l-isptar u sab li kien hemm 78 pazjent fil-kuriduri. Illum, zied jghid, hemm madwar 50.

l-orizzont talab ir-reazzjoni ta’ Dr Martin Balzan, is-Segretarju Generali tal-MAM, fejn dan qal li konsultazzjoni maghhom ma saritx. Huwa zied li konsultazzjoni ma tfissirx li jiltaqghu xi erba’ konsulenti u xi ufficjali ta’ l-isptar f’xi kamra u jiddeciedu x’ghandu jsir “ghax dik klikka nsejhilha mhux konsultazzjoni”.

Dr Balzan zied li bil-ftuh tas-sala kienet se tinbidel il-prattika tax-xoghol tat-tobba u jekk tinbidel il-prattika tax-xoghol dak ikun ifisser li l-ufficjali ta’ l-isptar riedu jikkonsultaw maghhom qabel jifthuha u mhux wara. Huwa lmenta wkoll li fil-Medicina m’hemmx bizzejjed tobba.

Is-Segretarju Generali tal-MAM qal ukoll li hafna tobba huma rrabjati b’wiehed mill-ufficjali ta’ l-isptar ghax suppost dan il-bierah kellu jaghmel xi intervisti lil numru ta’ tobba imma ma marx ghax filghodu rrapporta li kien ma jiflahx u mbaghad wara nofs in-nhar stess kien prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet!

Intant, mhux maghruf jekk laqgha li kellha ssir illum bejn l-istess amministrazzjoni ta’ l-Isptar San Luqa u l-MAM rigward id-Dipartiment tal-Medicina b’mod generali hijiex se ssir fid-dawl ta’ dan id-dizgwid. Il-laqgha kienet ippjanata li ssir minn qabel ma nqalghet il-kwistjoni.







 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home