Search

 
News

It-Torca - 3/9/2006

link to IT-Torca

Inkwiet u tahwid f’sala gdida f’San Luqa...
Jindika l-krizi ghall-isptar il-gdid



KWARTIERI qrib il-professjoni medika f’dawn l-ahhar jiem esprimew l-inkwiet taghhom ghal dak li potenzjalment jigri fil-migrazzjoni mill-Isptar San Luqa ghall-Isptar Mater Dei; ezercizzju li suppost li ghandu jsehh sa Lulju li gej.

Dan meta kien hemm krizi shiha fil-kaz ta’ ftuh ta’ sala gdida fl-Isptar San Luqa li wasslet ghal konfrontazzjoni bejn it-tobba u t-tmexxija ta’ l-isptar tant li s-sala baqghet ma fethitx.

Suppost li ilhom isiru thejjijiet fl-Isptar San Luqa ghall-ftuh ta’ sala fejn pazjenti jiddahhlu biex issirilhom dijanosi u jinghataw trattament u mbaghad jew jintbaghtu lura d-dar inkella jiddahhlu f’sala ohra ghal aktar kura jew operazzjoni wara tlett ijiem ta’ osservazzjoni.

Fil-konfrontazzjoni li nqalghet bejn l-Assocjazzjoni Medika Maltija u l-awtoritajiet tas-Sahha, it-tobba qed isostnu li m’hemmx professjonisti bizzejjed biex din is-sala tkun tista’ tibda tiffunzjona kif ippjanat filwaqt li sostnew ukoll li l-management ta’ l-isptar ma kkonsultax maghhom.

L-attitudni tal-management ta’ l-isptar kienet wahda li issa kwazi ndrat, fejn tittiehed pozizzjoni ta’ konfrontazzjoni u jintqal li din mhix kwistjoni ta’ konsultazzjoni mal-professjoni medika, imma decizjoni ta’ management. F’dan il-kaz intqal ukoll li l-management ta’ l-isptar qed jaghraf li hemm nuqqas ta’ tobba u ghalhekk kien lest li jhaddem biss nu-mru ta’ sodod u mhux il-kum-pliment kollu li hejja ghas-sala.

Filwaqt li din il-konfrontazzjoni harget fil-berah u fil-fatt is-sala gdida, li kien hemm min irrefera ghaliha bhala parti mis-sistema ta’ management gdid li ghandu jibda jopera fl-Isptar Mater Dei, baqghet ma fethitx minhabba fil-pozizzjoni li adottat l-unjin tat-tobba, il-mistoqsija li qed issir hija dwar dak li mistenni jizviluppa meta naslu ghall-ftuh tal-Mater Dei.

Ilu jkun hemm insistenza ghal pjani serji, cari u dettaljati dwar is-sistemi ta’ management li ghandhom jigu adottati fl-isptar il-gdid, u wkoll dwar il-pjani li suppost li ghandu jkun hemm imhejjijin ghat-trasferiment jew migrazzjoni lejn tal-Qroqq.

Il-Professjoni Medika ilha s-snin tinsisti li mhux biss tkun mgharrfa bid-dettalji ta’ dawn il-pjani, imma dak kollu li jsir ghandu jkun b’konsultazzjoni maghha.

Uhud fil-Professjoni li tkellmu ma’ it-TORCA jghidu li kollox jindika li hemm konfuzjoni shiha dwar dak li ghandu x’jaqsam ma’ dawn il-pjani, kif ukoll fis-sistemi ta’ management li suppost li ghandhom jigu adottati fl-isptar il-gdid.

Meta dan l-ahhar il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, Alfred Sant, insista biex ikunu maghrufin il-pjani li hemm ghat-trasferiment lejn tal-Qroqq il-Gvern hareg stqarrija u qal li qed jitmexxa programm ta’ zjarat ghall-professjoni medika u l-paramedici biex izuru l-ambjent gdid ta’ l-Isptar Mater Dei fejn se jkunu qeghdin jahdmu.

“Dan huwa boghod hafna milli jkun hemm pjan serju, dettaljat u maqbul bejn il-professjoni medika u dawk kollha nvoluti dwar il-migrazzjoni minn Gwardamangia ghal Tal-Qroqq, u wkoll dwar is-sistemi ta’ management fl-Isptar il-Gdid, li jinkludu n-numru ta’ membri tal-professjoni medika u paramedici li se jkunu mehtiega f’kull stadju u fuq kull livell,” qalulna s-sorsi li tkellmu maghna.

Dawn issostanzjaw l-inkwiet taghhom billi rreferew ghall-inkwiet li nqala’ dwar it-thaddim ta’ sempliciment sala wahda gdida f’San Luqa, fejn hareg car li l-amministrazzjoni ma kinitx kapaci twassal biex tiftahha kif ippjanat - “ahseb u ara kemm huma mhejjijin u kapaci jaslu biex iwettqu l-pjan ggantest biex immorru u noperaw fl-Isptar Mater Dei u dak kollu li dan se jkun ifisser mil-lat ta’ logistika ghat-trasferiment, mil-lat ta’ management, mil-lat ta’ staff u tobba, mill-ippjanar ta’ sistemi godda ghall-operazzjoni fl-ambjent il-gdid, u wkoll fil-mod kif se jithaddmu s-sistemi ta’ outpatients, u elf haga ohra li sal-lum ghadhom biss mistoqsijiet u misteri.”



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home