Search

 
News

L-orizzont - Approvati azzjonijiet mill-MAM - 16/9/2006

link to L-orizzont

Approvati azzjonijiet mill-MAM
minn Victor Vella


“Xbajna naraw ic-centri tas-sahha f’Malta fi krizi u l-Gvern passiv qisu mhu jigri xejn. Ma nifilhux naraw aktar is-servizz tas-sahha f’dawn ic-centri sejjer lura fost il-hafna tgergir minn dawk li juzaw l-istess centri. Nuqqas ta’ investiment. Vizti ta’ tliet minuti minhabba l-pressjoni ta’ xoghol. Nuqqas ta’ medicini. Nuqqas ta’ taghmir mediku. Il-pacenzja taghna issa qabzet il-limitu. Fl-ahhar jiem approvajna d-direttivi li l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) fasslet biex jibdew jigu implimentati fic-Centri tas-Sahha. Nistennew laqgha importanti li se ssir nhar it-Tlieta. Jekk ma jintlahaqx ftehim, nibdew bl-azzjonijiet taghna, liema azzjonijiet huma fl-istess linja tal-proposti li l-MAM ipprezentat lill-Gvern ghan-negozjati u li fuqhom baqa’ ma ntlahaqx ftehim”.

Din hi l-karba ta’ tabib fic-Centru tas-Sahha, li fl-ahhar jiem kien wiehed minn ghadd ta’ tobba li approva d-direttivi industrijali li tfasslu mill-MAM kontra l-Gvern fic-centri tas-sahha.

l-orizzont fil-harga tal-bierah habbar kif ma kien intlahaq ebda ftehim bejn il-Gvern u l-MAM dwar ic-Centri tas-Sahha. Habbar ukoll kif il-MAM kienet lesta li tohrog direttivi industrijali kontra l-Gvern.

Is-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija, it-Tabib Martin Balzan, meta mistoqsi minn l-orizzont jekk hux minnu li d-direttivi industrijali kontra l-Gvern kinux digà gew approvati, ikkonferma li t-tobba qablu ma’ dawn id-direttivi. It-Tabib Balzan qal lil l-orizzont li “d-direttivi gew diskussi fil-Kunsill tal-MAM u anke gew approvati mill-istess tobba.

Min-naha taghna ghandna kollox lest biex nibdew nattwaw dawn l-istess direttivi. Kollox iholl u jorbot f’laqgha li se ssir nhar it-Tlieta ma’ l-awtoritajiet. Jekk ma jintlahaqx ftehim ma jkollniex triq ohra ghajr dik li nibdew bl-azzjonijiet industrijali”.

Is-Segretarju Generali tal-MAM meta mitlub jikkonferma jekk l-azzjonijiet ifissrux tnaqqis f’xi servizzi mhux urgenti, it-Tabib Balzan, qal li ghadu prematur biex jghid x’inhuma l-azzjonijiet. Qalilna li “nikkonferma biss li l-azzjonijiet se jkunu fl-ambitù u fl-istess linja tal-proposti li pprezentajna lill-Gvern”.

It-Tabib Balzan qalilna li l-MAM qieghda tiehu atteggjament pozittiv billi ma tridx taqta’ s-servizzi li qeghdin jircievu l-pazjenti, izda trid biss li tirriorganizzahom. Hu sahaq li bhalissa f’dawn ic-centri hemm nuqqas kbir ta’ tobba.

Kif habbar l-orizzont il-bierah, il-MAM harget stqarrija fejn iddikjarat tilwima industrijali mad-Divizjoni tas-Sahha dwar il-kundizzjonijiet tax-xoghol fic-Centri tas-Sahha.

L-istqarrija tal-MAM qalet li minhabba tnaqqis fl-ghadd ta’ tobba matul is-snin, sar impossibbli li t-tobba jkomplu jlah- hqu mal-kwantità u fl-istess hin jipprovdu l-kwalità fis-servizz.

Bil-ghan li s-servizz ikun imtejjeb, il-MAM trid li jkun hemm sistema fejn kaz urgenti u ohrajn mhux urgenti jigu separati. Il-MAM trid ukoll li t-tobba jaghmlu xoghol kemm jifilhu u mhux jaraw ghadd kbir ta’ pazjenti kuljum.

Il-MAM trid ukoll sistema ta’ kontinwità ta’ kura ghall-pazjenti mill-istess tabib u l-introduzzjoni ta’ sistema efficjenti ta’ kif tinzamm l-informazzjoni.

Il-MAM fl-istqarrija qalet li minhabba n-nuqqas ta’ ftehim, se zzomm id-dritt li minn nhar it-Tnejn, 18 ta’ Settembru ’l quddiem tohrog direttivi industrijali ghat-tobba li jahdmu fic- centri tas-sahha.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home