Search

 
News

L-orizzont -Inkwiet ghac-Centri tas-Sahha - 15/9/2006

Inkwiet ghac-Centri tas-Sahha
minn Victor Vella
link to L-orizzont

It-tobba fic-Centri tas-Sahha, rapprezentati mill-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) riedu li jitjiebu s-servizzi ghall-pazjenti billi tonqos il-pressjoni minn fuq it-tobba. Kienu interessati f’sistema li taqdi lil min l-aktar li jkollu prijorità. Riedu sistema li l-pazjenti li jmorru fic-centri jkollhom l-istess tabib. Dawn il-proposti tat-tobba li kienu tpoggew fuq il-mejda tan-negozjati mal-Ministeru tas-Sahha, baqghu ma waslux biex jintlahaq ftehim bejn il-Ministeru u l-MAM. L-ultimatum li kienet tat l-assocjazzjoni dwar ic-Centri tas-Sahha skada u l-ftehim baqa’ ma ntlahaqx. Tobba fl-istess centri tas-sahha qeghdin jistennew direttivi mill-MAM minn hin ghall-iehor.

Ikkuntattjat minn dan il-gurnal, is-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), it-Tabib Martin Balzan, ikkonferma li baqa’ ma ntlahaqx ftehim. Meta mistoqsi jekk il-MAM hux se tiddikjara tilwima industrijali, issa li din il-kwistjoni twalet gmielha, it-Tabib Balzan, qalilna biss li “nghid li ma ntlahaqx ftehim.” Informana li llum stess se tinhareg stqarrija mill-istess assocjazzjoni u se taghti d-dettalji dwar din il-kwistjoni.

Il-proposti mressqin mill-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) biex il-livell ta’ kura jitjieb, kienu jikkonsistu f’sistema li tizgura li jkun hemm kontinwità fil-kura ghall-pazjenti. Il-proposti tal-MAM kienu jghidu fost ohrajn li f’kazijiet mhux urgenti l-pazjenti jibda jarahom l-istess tabib. Proposta ohra kienet li jkun hemm sistema ahjar ta’ kif tinzamm l-informazzjoni fuq il-pazjenti. Il-MAM kienet u ghadha fiducjuza li jekk dawn il-proposti jitwettqu, il-livell ta’ servizzi fic-centri tas-sahha jitjieb. Il-MAM kienet imhassba minhabba li l-kwalità tas-servizzi fic-centri tas-sahha kienet qieghda tonqos minhabba l-ghadd kbir ta’ pazjenti.

L-ufficjali tal-Gvern involuti fid-diskussjonijiet, fl-ewwel negozjati li saru qiesu dawn il-proposti bhala li kienu bazi tajba ghan-negozjati. Kien hemm ufficjali li anke ddeskrivewhom bhala “hemm affarijiet interessanti fihom”.

Intant bhalissa s-sitwazzjoni fis-seba’ centri tas-sahha f’Malta, li jinsabu fir-Rabat, il-Mosta, Rahal il-Gdid, Bormla, il-Floriana, Hal Qormi u l-Gzira hi wahda kritika. Is-sitwazzjoni mistennija tkompli tmur ghall-aghar hekk kif fi ftit gimghat ohra jizdied ix-xoghol f’dawn ic-centri minhabba l-influwenza stagjonali.

Bhalissa fic-centri tas-sahha hemm 50 tabib meta suppost ikun hemm 120 tabib. Dan qieghed johloq problemi kbar f’dawn ic-centri kemm ghat-tobba stess li qeghdin ikollhom pressjoni kbira ta’ xoghol kif ukoll ghall-pazjenti li jmorru ghall-kura f’dawn ic-centri.

Tobba li kienu tkellmu ma’ l-orizzont qalu li “qeghdin naraw madwar 60 pazjent kuljum. Kull pazjent ittih xi tlett minuti bhala hin ghall-vizta. Tlett minuti u erba’ minuti ghall-pazjent m’humiex bizzejjed biex huma jaghmlu l-analizi medika kif mehtieg. Apparti dan in-nuqqas ta’ investiment fic-centri tas-sahha kemm f’apparat kif ukoll affarijiet ohrajn medici, flimkien ma’ nuqqas ta’ medicini mill-ispizeriji ta’ dawn ic-centri, qeghdin ikomplu jzidu t-tgergir u t-tensjoni fost dawk li jattendu ghall-kura fic-centri tas-sahha.

Mistoqsijin dwar x’futur jaraw ghal dawn ic-centri, it-tobba sostnew li “wasal iz-zmien li jittiehdu mizuri godda. Il-Gvern xi snin ilu kien ha mizuri fejn waqqaf is-servizz bil-lejl u li xi centri tas-sahha jaghtu servizz ta’ tabib sal-5.00 ta’ fil-ghaxija u sas-1.00 ta’ wara nofs in-nhar biss. Bil-mod kif naqsu t-tobba ma jistax ikun li nibqghu nahdmu dawn il-hinijiet. Wasal iz-zmien li jew jitnaqqsu aktar il-hinijiet, jew inkella centri tas-sahha li jinsabu fil-vicinanzi ta’ l-isptar bhall-Floriana, Gzira u Hal Qormi jinghalqu jew jibdew joffru servizz ristrett. Trid tqis li dawn ic-centri, peress li m’humhiex boghod mill-Isptar San Luqa, hafna nies ma juzawhomx ghax imorru direttament l-isptar.”

Id-diskussjonijiet dwar ‘mizuri godda fic-centri tas-sahha’ qeghdin isiru kwazi sena wara li kienet ittiehdet id-decizjoni li s-servizz mill-Bereg ta’ l-irhula jibda jinghata biss lil dawk li jaghmlu appuntament.

Intant minn twegiba Parlamentari ghall-mistoqsija mid-Deputat Laburista, Michael Farrugia, jirrizulta li meta wiehed iqabbel l-attendenzi fic-centri tas-sahha bejn is-sena 1999 u s-sena 2005 wiehed isib li l-attendenzi naqsu.

Naraw li fis-sena 1999 fic-centru tas-sahha tal-Floriana attendew 73,787 persuna waqt li fis-sena 2005 dawn nizlu ghal 65,999, tnaqqis ta’ 7,788 persuna.

F’Hal Qormi minn 62,612 persuna fis-sena 1999, fis-sena 2005 attendew 41,027 persuna, tnaqqis ta’ 21,585 persuna. Fic- centru tas-sahha tal-Gzira il-pazjenti naqsu b’11,531 u minn 52,935 persuna fis-sena 1999, fis-sena 2005 attendew 41,404.

Rigward Rahal il-Gdid l-ammont ta’ persuni li marru ghall-kura fic-centru tas-sahha naqas bi 32,385 biex minn 128,884 fl-1999, fis-sena 2005 marru 96,499 persuna.

Ic-centru tas-sahha tal-Mosta baqa’ bl-istess ammont ta’ pazjenti u minn 83,380 fis-sena 1999, is-sena li ghaddiet l-ammont baqa’ fuq l-istess livell b’83,343.

Fic-centru tas-sahha tar-Rabat kien hemm tnaqqis ta’ 12,613 persuna. Fis-sena 1999 marru f’dan ic-centru 43,336 persuna u fis-sena 2005 marru 30,723 persuna. F’Bormla kien hemm tnaqqis ta’ 6,152 persuna. Minn 36,504 pazjent fis-sena 1998, fis-sena 2005 fic-centru tas-sahha ta’ Bormla marru 30,352.

Ta’ min jghid li f’intervista li s-Supretendent ta’ l-Isptar San Luqa, it-tabib Frank Bartolo kien ta lil l-orizzont hu kien qal li jikkalkulaw li bejn 30 u 33 fil-mija ta’ l-kazi li jmorru fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, setghu inqdew billi marru ghand tabib privat jew mic- centri tas-sahha. Hu kien qal li dawk li joqghodu fl-akkwati ta’ l-isptar, jigifieri fic-centru ta’ Malta, jippreferu li jmorru l-isptar milli fic-centru tas-sahha.

Meta mistoqsi jekk ic-centri tas-sahha li huma eqreb lejn l-isptar, fosthom tal-Floriana u l-Gzira m’hux qeghdin ikunu sfruttati mija fil-mija mill-pubblika, Frank Bartolo qal li “hekk hu. Il-pubbliku qatt ma sfrutta dawn iz-zewg centri tas-sahha mija fil-mija”. Frank Bartolo kien qal li ma jaqbilx li jinghalqu dawn ic-centri tas- sahha.




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home