Search

 
News

L-orizzont - Il-MAM tibqa’ zzomm id-direttivi industrijali - 20/9/2006

link to L-orizzont

Il-MAM tibqa’ zzomm id-direttivi industrijali
minn Victor Vella


Laqgha li damet ghal aktar minn saghtejn il-bierah wara nofs in-nhar ma wasslet ghall-ebda ftehim bejn id-Dipartiment tas-Sahha u l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) dwar il-krizi fic-centri tas-sahha. Fil-laqgha jidher li l-ufficjali tad-Dipartiment tas-Sahha qeghdin jaccettaw is-sitwazzjoni li c-Centri tas-Sahha jinsabu f’sitwazzjoni hazina, tant li jidher li se jikkonsidraw li jkun hemm prijoritajiet lil min ghandu jinghata servizz. Id-decizjoni mid-Dipartiment tas-Sahha se tkun komunikata lill-MAM matul il-gurnata ta’ llum. Il-MAM ghalkemm qieset il-pass mid-Dipartiment tas-Sahha bhala progress, zammet id-direttivi industrijali ghalkemm dawn ghadhom m’humiex jigu attwati.

Minn informazzjoni li ghandu l-orizzont jidher li l-ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha issa qeghdin jirrikonoxxu li l-livell ta’ kura fic-Centri tas-Sahha mar lura hafna minhabba li hafna tobba telqu minn dawn ic-centri biex fittxew opportunitajiet ahjar. Fil-laqgha l-ufficjali tad-Dipartiment tas-Sahha gew ipprezentati b’ezempji ta’ kemm is-servizz fic-Centri tas-Sahha mar lura u tal-problemi li qeghdin ihabbtu wicchom maghhom it-tobba, anke biex jaghtu servizz ta’ kwalità. L-ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha nghataw dettalji dwar kif ma tistax taghti servizz tajjeb u ta’ kwalità lill-pazjent jekk il-hin li ghandek ghalih ikun biss ta’ tliet minuti.

Il-bierah gew diskussi ghadd ta’ proposti ta’ x’ghandu jsir fosthom il-proposti tal-MAM li jkun hemm prijoritajiet. L-uffi- cjali mid-Dipartiment tas-Sahha, talbu zmien sa ghada biex huma jikkonsidraw dak li gie diskuss il-bierah. Matul il-gurnata tal- lum huma ghandhom jinformaw lill-MAM dwar id-de- cizjoni taghhom.

Is-Segretarju Generali tal-MAM, it-Tabib Martin Balzan qal li l-orizzont li “d-direttivi ghadhom fis-sehh u ma gewx irtirati. Se nistennew risposta mid-Dipartiment tas-Sahha ghax illum nistghu nghidu li kien hemm progress fit-tahditiet. Irrid naghmilha cara izda li minkejja li kien hemm progress, ma ntlahaq ebda ftehim.”

Intant, il-MAM qieghda tqis li s-sitwazzjoni fis-seba’ Centri tas-Sahha f’Malta, li jinsabu fir-Rabat, il-Mosta, Rahal il-Gdid, Bormla, il-Floriana, Hal Qormi u l-Gzira, hi wahda kritika. Is-sitwazzjoni mistennija tkompli tmur ghall-aghar hekk kif fi ftit gimghat ohra jizdied ix-xoghol f’dawn ic-centri minhabba l-influwenza stagjonali.

Bhalissa fic-Centri tas-Sahha hemm 50 tabib meta suppost ikun hemm 120. Dan qieghed johloq problemi kbar f’dawn ic-centri kemm ghat-tobba stess li qeghdin ikollhom pressjoni kbira ta’ xoghol kif ukoll ghall-pazjenti li jmorru ghall-kura f’dawn ic-centri.

Tobba li kienu tkellmu ma’ l-orizzont qalu li “qeghdin naraw madwar 60 pazjent kuljum. Kull pazjent ittih xi tliet minuti bhala hin ghall-vizta. Tliet minuti u erba’ minuti ghall-pazjent m’humiex bizzejjed biex huma jaghmlu l-analizi medika kif mehtieg. Apparti dan in-nuqqas ta’ investiment fic-Centri tas-Sahha kemm f’apparat kif ukoll affarijiet ohrajn medici, flimkien ma’ nuqqas ta’ medicini mill-ispizeriji ta’ dawn ic-centri, qeghdin ikomplu jzidu t-tgergir u t-tensjoni fost dawk li jattendu ghall-kura fic-Centri tas-Sahha.

Mistoqsijin dwar x’futur jaraw ghal dawn ic-centri, it-tobba sostnew li “wasal iz-zmien li jittiehdu mizuri godda. Il-Gvern xi snin ilu kien ha mizuri fejn waqqaf is-servizz bil-lejl u li xi Centri tas-Sahha jaghtu servizz ta’ tabib sal-5.00 ta’ fil-ghaxija u sas-1.00 ta’ wara nofs in-nhar biss. Bil-mod kif naqsu t-tobba ma jistax ikun li nibqghu nahdmu dawn il-hinijiet. Wasal iz-zmien li jew jitnaqqsu aktar il-hinijiet, jew inkella Centri tas-Sahha li jinsabu fil-vicinanzi ta’ l-isptar bhall-Floriana, Gzira u Hal Qormi jinghalqu jew jibdew joffru servizz ristrett. Trid tqis li dawn ic-centri, peress li m’humiex boghod mill-Isptar San Luqa, hafna nies ma juzawhomx ghax imorru l-isptar.”

Id-diskussjonijiet dwar ‘mizuri godda fic-centri tas-sahha’ qeghdin isiru kwazi sena wara li kienet ittiehdet id-de- cizjoni li s-servizz mill-bereg ta’ l-irhula jibda jinghata biss lil dawk li jaghmlu appuntament.

Intant minn twegiba Parlamentari ghall-mistoqsija mid-Deputat Laburista Michael Farrugia, jirrizulta li meta wiehed iqabbel l-attendenzi fic-Centri tas-Sahha bejn is-sena 1999 u s-sena 2005 wiehed isib li l-attendenzi naqsu. Naraw li fis-sena 1999 fic-Centru tas-Sahha tal-Floriana attendew 73,787 persuna waqt li fis-sena 2005 dawn nizlu ghal 65,999, tnaqqis ta’ 7,788 persuna. F’Hal Qormi minn 62,612 persuna fis-sena 1999, fis-sena 2005 attendew 41,027 persuna, tnaqqis ta’ 21,585 persuna. Fic-Centru tas-Sahha tal-Gzira l-pazjenti naqsu b’11,531 u minn 52,935 persuna fis-sena 1999, fis-sena 2005 attendew 41,404.

Rigward Rahal il-Gdid l-ghadd ta’ persuni li marru ghall-kura fic-Centru tas-Sahha naqas bi 32,385 biex minn 128,884 fl-1999, fis-sena 2005 marru 96,499.

Ic-Centru tas-Sahha tal-Mosta baqa’ bl-istess ghadd ta’ pazjenti u minn 83,380 fis-sena 1999, is-sena li ghaddiet l-ghadd baqa’ fuq l-istess livell b’83,343.

Fic-Centru tas-Sahha tar-Rabat kien hemm tnaqqis ta’ 12,613 persuna. Fis-sena 1999 marru f’dan ic-centru 43,336 persuna u fis-sena 2005 marru 30,723 persuna.

F’Bormla kien hemm tnaqqis ta’ 6,152 persuna. Minn 36,504 pazjent fis-sena 1998, fis-sena 2005 fic-Centru tas-Sahha ta’ Bormla marru 30,352.

Ta’ min jghid li f’intervista li s-Supretendent ta’ l-Isptar San Luqa, it-Tabib Frank Bartolo kien ta lil l-orizzont, hu kien qal li jikkalkulaw li bejn 30 u 33 fil-mija tal-kazi li jmorru fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, setghu nqdew billi marru ghand tabib privat jew mic-centri tas-sahha. Hu kien qal li dawk li joqoghdu fl-akkwati ta’ l-isptar, jigifieri fic-centru ta’ Malta, jippreferu li jmorru l-isptar milli fic-Centru tas-Sahha.

Meta mistoqsi jekk ic-centri tas-sahha li huma eqreb lejn l-isptar, fosthom tal-Floriana u l-Gzira hux qeghdin ikunu sfruttati mija fil-mija mill-pubbliku, Frank Bartolo qal li “hekk hu. Il-pubbliku qatt ma sfrutta dawn iz-zewg centri tas-sahha mija fil-mija”. Frank Bartolo kien qal li ma jaqbilx li jinghalqu dawn ic-centri tas-sahha.




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home