Search

 
News

L-Orizzont -Il-proposti tal-Gvern ghall-krizi fic-Centri tas-Sahha - 21/9/2006

link to L-orizzont

Il-proposti tal-Gvern ghall-krizi fic-Centri tas-Sahha
Servizz bl-appuntamentmic-Centri tas-Sahha
minn Victor Vella


Il-krizi li ghaddejjin minnha c-Centri tas-Sahha f’Malta minhabba n-nuqqas ta’ tobba, il-Gvern irid isolviha billi johloq sistema li biex il-pubbliku jinghata certi servizzi issa jrid jibda jaghmel appuntament. Jidher li l-Gvern ghazel it-triq li jirrestringi s-servizzi, flok jindirizza l-problema tan-nuqqas ta’ tobba li minn 120 tabib nizlu ghal 50 tabib peress li hafna siefru barra minn Malta ghal opportunitajiet ahjar.

l-orizzont hu nformat li f’kuntatt li sar il-bierah minn ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha ma’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), din giet informata li l-proposti li saru waqt laqgha bejn il-MAM u l-istess ufficjali kienu accettati mill-Ministru Louis Deguara. Il-proposti ta’ l-ufficjali tad-Dipartiment tas-Sahha jghidu li certu servizzi mic-Centri tas-Sahha ghandhom isiru bl-appuntament u dan biex ikunu kontrollati l-ammont ta’ nies li jmorru fl-istess centri. Dan il-pass min-naha tal-Gvern qieghed isir sitt snin wara li l-Gvern kien idde- cieda li tliet Centri tas-Sahha ma jibqghux jifthu bil-lejl u jibdew jinghalqu fil-5.00 p.m. Il-pass li l-kura tinghata bl-appuntament qieghed jittiehed wara li l-istess Gvern kemm-il darba tkellem dwar l-importanza tal-kura fic-Centri tas-Sahha.

Mitlub jikkummenta jekk hux minnu li l-Gvern ghamel proposti biex is-servizzi fic-centri jibdew jinghataw bl-appuntament, is-Segretarju Generali tal-MAM, it-tabib Martin Balzan qalilna li “l-Gvern miexi f’dik id-direzzjoni”.

It-tabib Balzan qal lil l-orizzont li “wara l-laqgha ta’ saghtejn li kellna, l-ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha riedu jikkonsultaw ma’ l-oghla awtoritajiet. Din il-konsultazzjoni saret u lilna pprezentawlna ghadd ta’ proposti. Dawn se niddiskutuhom bhala MAM u se ntuhom ir-reazzjoni taghna aktarx nhar il-Gimgha. Ghalkemm inqisu dan bhala progress, id-direttivi industrijali ghadhom fis-sehh, ghalkemm ma dahlux fis-sehh. Resqin lejn sistema bl-appuntamenti”.

Il-proposti tal-Gvern saru wara li l-MAM kienet harget avvizi ta’ azzjoni industrijali minhabba li l-livell ta’ kura fic-Centri tas-Sahha kien qieghed jonqos u hemm pressjoni kbira fuq it-tobba. Jidher li t-tobba permezz tal-MAM fil-bidu kienu aktar interessati li l-ammont ta’ postijiet ta’ tobba vakanti jimtlew biex ic-Centri tas-Sahha jkunu jistghu jaghtu servizz tajjeb. Minhabba n-nuqqas ta’ impenn mill-Gvern biex dan isir il-MAM kienet hejjiet diversi proposti u fuqhom ma ntlahaqx ftehim.

F’laqgha li saret nhar it-Tlieta, l-ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha rrikonoxxew li hemm problemi fic-Centri tas-Sahha u li l-kura sejra lura u kien ghalhekk li saret il-proposta li certi servizzi jinghataw bl-appuntament.

Fost il-problemi li qeghdin jikkaratterizzaw ic-Centri tas-Sahha llum hemm nuqqas kbir ta’ investiment, nuqqas kbir ta’ tobba, pazjenti “jinhelsu f’mhux aktar minn tliet minuti”, u dak li f’certi hinijiet b’mod partikolari bil-lejl ikunu maghluqin.



victorvella2002@yahoo.com




 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home