Search

 
News

Medicini bl-appuntament mill-1 ta’ Novembru - 1/10/2006

link to L-orizzont

Medicini bl-appuntament mill-1 ta’ Novembru
minn Victor Vella


Waqt li jidher li m’hemm l-ebda hsieb min-naha tal-Gvern biex jizdiedu t-tobba fic-centri tas-sahha billi jkun hemm kundizzjonijiet ahjar u attraenti, mill-1 ta’ Novembru li gej il-medicini regolari mic-centri tas-sahha se jibdew jinghataw b’sistema ta’ appuntament.

Dan ifisser li min qieghed jiehu medicini regolari issa biex jehodhom irid imur biss fil-gurnata li jkun inghata, pass li kellu jittiehed minhabba li minn 120 tabib fic-centri tas-sahha dawn naqsu ghal xejn inqas minn 50 tabib. Prattikament li se jigri se jkun dak li fic-centri tas-sahha se tibda tithaddem l-istess sistema li hemm fil-Bereg ta’ l-irhula.

Ta’ min jghid li dan il-pass qieghed jittiehed wara li fis-sena 2000 il-Gvern kien id- de-cieda li tliet centri tas-sahha ma jibqghux jifthu bil-lejl u jibdew jinghalqu fil-5.00 ta’ fil-ghaxija. Dak inhar kien intqal li din kienet mizura temporanja sakemm tissolva l-problema tan-nuqqas ta’ tobba. Illum sitt snin wara, il-problema tan-nuqqas ta’ tobba kompliet zdiedet u mhux naqset, tant li “qeghdin ikomplu jitnaqqru s-servizzi fic-centri”. Osservaturi qrib is-sistema tas-sahha kkummentaw li waqt li l-Gvern jghid kemm hi importanti l-kura tas-sahha primarja, jigifieri c-centri tas-sahha, l-istess Gvern qieghed inaqqas is-servizzi f’dawn l-istess centri. L-istess osservaturi kkummentaw li l-Gvern flok hadem biex jattira aktar tobba lejn ic-centri tas-sahha biex il-pubbliku jkun moqdi u moghti servizz efficjenti, il-Gvern ghazel li jah-dem bl-ghadd ta’ tobba prezenti, u ghalhekk ma kellux triq ohra ghajr li jgib il-medicini bl-appuntament.

Din is-sistema tal-medicini bl-appuntament se tidhol fis-sehh wara li l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) kienet ghamlet theddida li lesta tiehu azzjonijiet industrijali fic-centri tas-sahha minhabba li dawn kienu jinsabu resqin lejn krizi kawza ta’ pressjoni kbira ta’ xoghol.

l-orizzont hu nfurmat li s-sistema ta’ l-appuntament se tidhol fis-sehh fl-1 ta’ Novembru. Ghall-ewwel se jkun hemm gurnata li fiha min ma jkollux appuntament jista’ jmur ghall-medicini regolari tieghu. Din il-gurnata izda se tkun temporanja sakemm il-pubbliku jidra s-sistema. L-ghan ta’ din il-gurnata hi biex ma jinholoqx kaos, paniku u tahwid fl-istess centri tas-sahha.

Id-Deputat Laburista u l-Kelliem Ewlieni dwar is-Sahha, it-Tabib Michael Farrugia f’kummenti lil l-orizzont dwar is-sistema l-gdida qal li issa wiehed irid jistenna biex jara kif din se tahdem. Enfasizza li hemm bzonn li s-sistema tkun wahda efficjenti u li ma tohloq tbatijiet fuq il-pazjenti. It-Tabib Farrugia, enfasizza l-bzonn li l-Gvern jattira tobba lejn ic-centri tas-sahha, biex ma jkunx hemm il-bzonn li jittiehdu mizuri li finalment jaffettwaw lill-pazjenti u lil dawk li jmorru ghas-servizzi fic-centri tas-sahha.

Is-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), it-Tabib Martin Balzan qal “li l-lhaqna ftehim mad-Divizjoni tas-Sahha. Il-medicini regolari se jibdew jinghataw bl-appuntament. Nahsbu li b’dan il-pass il-pazjenti se jinqdew ahjar.

B’dan il-pass se nkunu qeghdin insolvu biss wahda mill-problemi li hemm fic-centri tas-sahha. B’din il-mizura t-tobba issa se jkollhom inqas pressjoni ta’ xoghol”. Hu semma li twaqqaf bord biex jara kif se tahdem din is-sistema.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home