Search

 
News

Ftehim bejn l-Assocjazzjoni tat-Tobba u l-Gvern: - 4/10/2006

link to L-orizzont

Ftehim bejn l-Assocjazzjoni tat-Tobba u l-Gvern:
Medicini bl-appuntament mill-1 ta’ Novembru



Is-Segretarju Generali Dr Martin Balzan ikkonferma fi stqarrija li l-Assocjazzjoni tat-Tobba u d-Divizjoni tas-Sahha lahqu ftehim bejniethom dwar is-sitwazzjoni fic-Centri tas-Sahha. Il-ftehim jghid li mill-1 ta’ Novembru, preskrizzjonijiet regolari (karti sofor) se jinghataw permezz ta’ appuntament mic-Centri tas-Sahha.

Ghall-ewwel se jkun hemm gurnata fil-gimgha, fejn min imur ma jkollux ghalfejn jaghmel appuntament, izda din se tkun fuq perjodu temporanju sakemm tindara s-sistema u ma jinholoqx paniku bla bzonn. Intant, is-sistema prezenti ta’ appuntamenti mill-Bereg se tibqa’ kif inhi.

L-Assocjazzjoni tat-Tobba u d-Divizjoni tas-Sahha qablu li jinholoq kumitat kongunt biex janalizza l-implimentazzjoni ta’ din is-sistemau il-kwistjonijiet ohrajn li qeghdin jaffetwaw il-qaghda tac-Centri tas-Sahha.

Huwa ttamat li b’din is-sistema, il-pazjenti jinghataw servizz ahjar minhabba li se jkun qieghed jitnaqqas il-hin li jaghmlu biex jistennew il-preskrizzjoni. Izjed minn hekk, it-tobba tal-familji jkunu jistghu jaghtu izjed attenzjoni lil pazjenti urgenti. Dr Balzan temm jghid fl-istqarrija li madankollu, ghad baqa’ hafna xi jsir biex tissolva l-problema tan-nuqqas serju ta’ tobba fic-Centri tas-Sahha.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home