Search

 
News

L-Assocjazzjoni Medika Maltija dwar il-Bagit: - 21/10/2006

link to L-orizzont

L-Assocjazzjoni Medika Maltija dwar il-Bagit:
Aktar tobba se jispiccaw jitilqu minn Malta
minn Brandon Pisani


Il-Bagit li kien ipprezentat nhar l-Erbgha bla dubju se jikkonvinci iktar tobba biex jitilqu minn Malta. Il-Bagit huwa sinjal car lil dawk it-tobba li jixtiequ jispecjalizzaw, li ghandhom jaqbdu l-bagalji, jippakkjawhom u jitilqu mill-gzira malajr kemm jista’ jkun. Din hija l-konkluzjoni li waslet ghalija l-Assocjazzjoni Medika Maltija – il-MAM – fir-reazzjoni taghha ghad-diskors tal-bagit li kien ipprezentat mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, Lawrence Gonzi jumejn ilu. Il-MAM kellha klieb iebes dwar dak li thabbar mill-Prim Ministru fil-Bagit, specjalment li dan il-bagit iktar jaghti kaz il-bini u mhux min jahdem fil-bini, cioè, it-tobba.

Dr Martin Balzan, is-Segretarju Generali tal-MAM qal li meta thares lejn il-mizuri li thabbru fil-Bagit, jidher ukoll li mhix il-prijorità tal-Gvern li jiftah l-Isptar Mater Dei s-sena d-diehla, kif kien habbar ricentement.

Waqt li l-Prim Ministru qieghed jirrikonoxxi li s-settur tas-sahha bhalissa huwa b’sahhtu, ma hemm ebda mizura konkreta biex jirranga l-problema kbira ta’ nuqqas ta’ tobba f’dan is-settur. Ghalhekk, dan il-bagit, bla dubju se jikkonvinci iktar tobba biex jitilqu minn pajjizna.

Dr Balzan qal ukoll li ma hemmx bizzejjed tobba f’dan is-settur u minkejja li l-Prim Ministru ddeskriva dan bhala “rizors skars”, xorta wahda n-numru ta’ tobba li qeghdin ifittxu postijiet tax-xoghol barra mill-pajjiz, qieghed jizdied. Il-listi ta’ stennija kulma jmur qeghdin jizdiedu, waqt li d-dipartimenti tas-servizzi tas-sahha qeghdin ibatu biex ghall-inqas joffru servizz minimu ta’ emergenza.

Is-Segretarju Generali tal-MAM zied jghid li l-bagit qieghed jerga’ jindirizza l-istess haga li “l-investiment fis-sahha ifisser li nippumpjaw iktar miljuni ta’ liri mit-taxxi tal-poplu fil-kostruzzjoni, waqt li totalment qieghed jinjora l-investiment fl-iktar rizors importanti, ir-rizors uman”.

Dr Balzan staqsa, “ghandna bzonn iktar kostruzzjoni? Vera tista’ tikber b’mod artificjali l-ekonomija (GDP) tal-pajjiz u naghmlu hafna kuntratturi ferhanin, izda zgur dawn mhux se jnaqqsu l-listi ta’ stennija jew itejjeb is-servizz.”

Huwa qal ukoll lil mill-Lm119 miljuni allokati ghall-edukazzjoni, ma hemm ebda centezmu ddedikat ghall-izvilupp ta’ ‘Post Graduate Medical Training’. Ghal Dr Balzan, dan huwa sinjal car ghal dawk it-tobba li jixtiequ jispecjalizzaw biex jippakkjaw malajr kemm jista’ jkun u jitilqu minnufih minn Malta. Minn pajjiz shih, qal Dr Balzan, madwar Lm200,000 jew 0.16 fil-mija huma ddedikati ghall-boroz ta’ studji.

Finalment, Dr Balzan qal li mid-diskors tal-bagit, wiehed jista’ jasal ghall-konkluzjoni li l-problemi li qeghdin jaffettwaw is-servizzi medikali mhumiex se jinghataw widen fit-12-il xahar li gejjin, bir-rizultat li l-Isptar Mater Dei, probabbilment, ma jinfetahx kif ippjanat.

bpisani@unionprint.com.mt



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home