Search

 
News

It-tobba qeghdin jitilfu l-pacenzja - L-orizzont - 21/1/2007

link to L-orizzont

It-tobba qeghdin jitilfu l-pacenzja



Minhabba n-numru kbir ta’ tobba li qeghdin imorru jahdmu f’pajjizi ohrajn, ewlieni fosthom ir-Renju Unit, it-tobba Maltin jinsabu taht pressjoni u qeghdin jitilfu l-pacenzja u t-tama li l-qasam tas-sahha jitjieb.

L-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) hasset li kellha tikkummenta dwar l-istqarrijiet li ghamel il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, meta ammetta li numru konsiderevoli ta’ tobba hallew Malta biex isibu kundizzjonijiet ahjar barra l-pajjiz, li kellhom jigu impjegati numru ta’ specjalisti mil-Lvant ta’ l-Ewropa u li hawn bzonn li l-karriera ta’ tabib tittejjeb.

Dr Martin Balzan, Segretarju Generali tal-MAM, qal li l-pubbliku jrid jiftakar li fil-prezent it-tobba huma mghobbijin bix-xoghol u qieghda ssir difficli ghalihom biex ilahhqu mal-bzonnijiet tas-servizzi tas-sahha. Huwa appella lill-awtoritajiet biex juru aktar sensittività ghall-bzonnijiet tal-pazjenti u rrefera ghall-kjuwijiet twal fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza u l-Accidenti ta’ l-Isptar San Luqa kif ukoll dawk fic-Centri tas-Sahha.


Dr Balzan semma wkoll kif il-listi ta’ stennija ghall-appuntament ta’ l-‘Outpatients’ u l-operazzjonijiet twalu zzejjed fejn fil-kazi ta’ operazzjonijiet tal-‘hip replacement’ hemm min ilu jistenna hames snin.

“Il-pubbliku jrid jiggudika jekk dan hux is-servizz adekwat li qed jghid li qed jinghata l-Ministru. Il-kjuwijiet twal u t-tul ta’ zmien biex wiehed jinqeda huma l-konsegwenza inevitabbli tan-nuqqas ta’ tobba u n-nuqqas ta’ ppjanar matul is-snin”.

Dr Balzan zied jghid li t-tobba qeghdin jahdmu bejn 60 u 70 siegha fil-gimgha, waqt li l-awtoritajiet qeghdin jinsistu li t-tobba fic-Centri tas-Sahha jinvistaw pazjent kull erba’ minuti. Dan fl-istess hin li t-tobba b’esperjenza u dawk specjalizzati qeghdin jonqsu u ghalhekk tabib li ghadu kemm jiggradwa ma jistax jaghmel ix-xoghol ta’ tabib b’diversi snin ta’ esperjenza warajh.

B’referenza ghall-istqarrija tal-Ministru Deguara fejn dan qal li tabib minn kull hamsa fir-Renju Unit qeghdin imorru jahdmu fl-Istati Uniti, Dr Balzan qal li Malta qieghda titlef nofs it-tobba taghha. Imma kuntrarju ghal Malta, zied jghid, ir-Renju Unit hadet il-passi. Il-kelliem tal-MAM heggeg lill-awtoritajiet tas-sahha lokali biex jaraw il-mizuri li hadu l-awtoritajiet fir-Renju Unit, biex mhux biss izommu t-tobba milli jitilqu f’pajjizi ohrajn, izda anke jimmotivawhom.

“Il-kundizzjonijiet tax-xoghol fir-Renju Unit, inkluzi l-pagi, kienu digà superjuri minn dawk taghna, imma issa regghu gew imtejba. F’Malta biss hawn Gvern li jidher kuntent li qed jinjora l-problema u qed ihalli s-sistema tas-sahha tkompli tmur lura,” sostna s-Segretarju Generali tal-MAM.

Dr Balzan ikkummenta wkoll dwar l-istqarrija tal-Ministru fejn qal li l-“ambjent sabih” ta’ l-Isptar Mater Dei, li suppost jiftah fl-1 ta’ Lulju li gej, se jattira tobba godda.

Waqt li fisser il-kumment tal-Ministru bhala “mhux konvincenti u maqtugh mir-realtà”, il-kelliem tal-MAM qal li b’mod indirett il-Ministru Deguara kien qed jammetta li hawn nuqqas fin-numru tat-tobba.

“Allura ghaliex qed jghid li jrid jattira aktar tobba meta qed jghid li m’hemmx problema?” staqsa Dr Balzan.

Huwa fakkar ukoll li l-MAM ghamlet diversi suggerimenti bbazati fuq is-sistema li ntuzat b’success fir-Renju Unit. Madankollu hu wissa lill-awtoritajiet tas-sahha lokali li jekk se jibqghu jghoddsu rashom fir-ramel, il-MAM mhu se jibqaghlha l-ebda triq ohra hlief li tiehu l-azzjonijiet li jidhrilha biex thares l-interessi tat-tobba u tal-pazjenti.

“Il-Gvern investa hafna fl-isptar il-gdid, imma biex itejjeb is-sahha tac-cittadini jrid jinvesti fir-rizorsi umani. Jekk ma jaghmilx hekk it-tobba bl-esperjenza se jkomplu jitilqu ’l barra u s-sitwazzjoni tkompli tmur lura,” temm jghid il-kelliem.



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home