Search

 
News

l-orizzont - Rizultat tal-kundizzjonijiet hziena ghat-tobba Maltin mal-Gvern: - 25/3/2007

link to L-orizzont

Rizultat tal-kundizzjonijiet hziena
tax-xoghol ghat-tobba Maltin mal-Gvern:
Mill-iskola medika dritt mill-ewwel ghax-xoghol barra
minn Victor Vella


Ftit jiem wara li l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) heddet b’azzjoni jekk mhux se jkun hemm ftehim finali maghha dwar kif se jsir ic-caqlieq ta’ tobba mill-Isptar San Luqa ghall-Isptar Mater Dei, qieghed isir maghruf li hemm studenti li se jiggradwaw bhala tobba fi ftit zmien iehor u dawn se jmorru jahdmu mill-ewwel barra minn Malta. Dawn lanqas biss se jahdmu gurnata wahda f’Malta.

Is-Segretarju Generali ta’ l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM), it-Tabib Martin Balzan, f’kummenti lil l-orizzont qal li “ninsabu informati li hemm madwar 10 studenti li kif se jiggradwaw se jmorru jahdmu mill-ewwel barra minn Malta ghax digà sabu xoghol hemmhekk.” Intant in-negozjati bejn il-MAM u l-Gvern dwar it-tahrig tat-tobba ghadhom ghaddejjin u s’issa ghadu ma ntlahaq ebda ftehim. Il-MAM qieghda tinsisti li jkun hemm kors ta’ specjalizzazzjoni f’Malta, titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol u prospetti ghal titjib fil-karriera.
L-isptarijiet Maltin bhalissa huma karatterizzati min-nuqqas ta’ tobba.

l-orizzont staqsa lit-Tabib Martin Balzan, dwar seba’ sejhiet ghal tobba f’diversi dipartimenti, u hu qalilna li “din inqisuha bhala xi haga tajba, li dawk li se jiggrad-waw jidhlu f’dawn il-postijiet. Il-problema tibqa’ kemm dawn se jirnexxielek izommhom jahdmu mal-Gvern u f’Malta. Illum hafna qeghdin jitilqu. Ghandna l-ezempju ta’ studenti mill-iskola medika li se jmorru jahdmu barra hekk kif jiggradwaw. Ghadna negozjati ghaddejjin kemm fuq it-tahrig kif ukoll fuq il-kundizzjonijiet tat-tobba. S’issa ghad ma ntlahaq ebda ftehim.” Intant il-Gvern hareg sejhiet biex jigu ngaggati tobba hekk kif jiggradwaw f’diversi dipartimenti, fosthom fl-Emergenza, l-ENT, il-Gynaecology u fl-Anaesthesia.

Ftit tal-jiem ilu, f’kummenti li ta lil l-orizzont, Dr Martin Balzan kien qal li “mhijiex qieghda tghaddi gimgha li ma nisimghux b’kazijiet ta’ tobba li jirrizenjaw minn mal-Gvern biex imorru jahdmu f’pajjizi ohrajn. Dan qieghed isir minhabba li l-kundizzjonijiet tat-tobba baqghu ma tjibux.” Sostna kif l-istess tobba jinsabu fl-ghama dwar il-kundizzjonijiet li se jahdmu bihom fl-Isptar Mater Dei.

It-Tabib Martin Balzan, kien ghamilha cara ma’ l-orizzont li “jekk mhux se jintlahaq ftehim mal-MAM, it-tobba ma jiccaqalqux mill-Isptar San Luqa. Il-pozizzjoni taghna hi li izjed ma nikkonkludu malajr dan il-ftehim, aktar ahjar. Ma nistghux immorru lejn il-Mater Dei, minghajr ma nkunu nafu f’liema kundizzjonjiet se jahdmu t-tobba. Aktar ma jghaddi zmien aktar qieghda tinhass il-krizi tan-nuqqas ta’ tobba. Ghandna nuqqas ta’ tobba f’hafna dipartimenti. Il-biza’ taghna hi dik li minhabba dawn in-nuqqasijiet, l-Isptar Mater Dei ma jistax jibda jopera u jahdem.”

Intant fil-Laqgha Generali Annwali tal-MAM ghaddiet rizoluzzjoni li fiha ntqal car u tond li c-Centri tas-Sahha lahqu livell allarmanti ta’ nuqqas ta’ tobba waqt li l-General Practitioner Vacational Training baqghet ma gietx implimentata, allavolja ntlahaq ftehim mal-MAM tliet snin ilu.

Ir-rizoluzzjoni awtorizzat lill-Kunsill tal-MAM biex tilmenta mal-Kummissjoni Ewropea fuq il-fatt li l-iskema tal-General Practitioner Vacational Training baqghet ma gietx implimentata.

victorvella2002@yahoo.com



 
 
Developed by Alert Communications|  Disclaimer  |  Copyright  |  Privacy Policy
 
Home Home Home